Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAL NEGOZJI ŻGĦAR U ARTIJIET

pr0241
Date Icon 09/02/2011

L-Oppożizzjoni tikkonferma li tqis il-politika logħba għall-gallarija

Qed issir referenza għad-diskors fl-Aġġornament fil-Parlament tal-Onor Chris Cardona nhar it-Tnejn 7 ta’ Frar 2011 dwar ir-rilokazzjoni tal-Monti tal-Ħadd.

Għal darb’oħra l-Oppożizzjoni qed tikkonferma l-opportuniżmu tagħha, b’diskorsi fierħa u populisti.

L-Onor Chris Cardona rrifletta l-pożizzjoni negattiva tal-Oppożizzjoni li tikkritika kull deċizjoni li tittieħed mingħajr ma toffri ebda alternattiva.

L-Onor Cardona nhar it-Tnejn fil-Parlament qal li “mhuwiex xogħol l-Oppożizzjoni illi nsibu s-soluzzjoni”.  

Is-serjetà titlob aġir mod ieħor.  L-interess tal-Oppożizzjoni mhux il-bejjiegħa, imma l-interess tagħha li taħseb li billi tkun negattiva f’kollox tigwadanja

L-Oppożizzjoni m’għandha ebda soluzzjoni jew alternattiva.  Ir-rilokazzjoni tal-Monti saret wara analiżi ta’ 7 siti madwar il-Belt u l-Floriana.  Fl-analiżi li saret ittieħdu in konsiderazzjoni l-bżonn illi taqdi il-bżonnijiet kollha b’mod speċjali l-aċċessibbilità u kobor biżżejjed biex joqgħodu l-bejjiegħa kollha. 

Iż-żona ta’ Sarrija fil-Floriana, imsemmija mill-Onor Cardona waqt id-diksors tiegħu fil-Parlament, kienet waħda minn dawn is-siti analizzati.  Jirriżulta li kieku dan il-post kien magħzul, kien ifisser li ma kienx ikun hemm biżżejjed spazju għall-bejjiegħa kollha biex jarmaw, għax dan mhuwiex kbir biżżejjed.  Dan is-sit kien ifisser ukoll li numru kbir ta’ Ħdud fis-sena ma jkunx disponibbli biex jarmaw, għalhekk iwassal għal telf ta’ xogħol għall-bejjiegħa.

Il-post magħzul mill-Gvern huwa ċentrali, aċċessibbli għall-pubbliku, kbir biżżejjed biex joqogħdu fih il-bejjiegħa kollha, ma jagħmel ebda inkonvenjent lil residenti, u huwa disponibbli il-Ħdud kollha tas-Sena.  Il-postijiet l-oħra madwar il-Belt u l-Floriana  ma jaqdux dawn il-bżonnijiet kollha.  

Dan is-Segretarjat itenni għal darb’oħra u jisfida lill-Oppożizzjoni tgħid x’inhuma l-pjanijiet tagħha biex twettaq il-wegħdi kollha li għamlet lill-bejjiegħa tal-Monti wara bibien magħluqa l-ġimgħa l-oħra.

L-aġir u d-diskorsi tal-Oppożizzjoni jikkonfermaw kemm din hija Oppożizzjoni, li tilgħab bis-sentimenti tan-nies, u ma tiskrupla xejn li ddawwar l-għajxien tal-ħaddiema u l-familji tagħhom f’ballun politiku għall-gwadann tal-mument.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow