STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAL NEGOZJI ŻGĦAR U ARTIJIET
L-Oppożizzjoni tikkonferma li tqis il-politika logħba għall-gallarija
Qed issir referenza għad-diskors fl-Aġġornament fil-Parlament tal-Onor Chris Cardona nhar it-Tnejn 7 ta’ Frar 2011 dwar ir-rilokazzjoni tal-Monti tal-Ħadd.
Għal darb’oħra l-Oppożizzjoni qed tikkonferma l-opportuniżmu tagħha, b’diskorsi fierħa u populisti.
L-Onor Chris Cardona rrifletta l-pożizzjoni negattiva tal-Oppożizzjoni li tikkritika kull deċizjoni li tittieħed mingħajr ma toffri ebda alternattiva.
L-Onor Cardona nhar it-Tnejn fil-Parlament qal li “mhuwiex xogħol l-Oppożizzjoni illi nsibu s-soluzzjoni”.
Is-serjetà titlob aġir mod ieħor. L-interess tal-Oppożizzjoni mhux il-bejjiegħa, imma l-interess tagħha li taħseb li billi tkun negattiva f’kollox tigwadanja
L-Oppożizzjoni m’għandha ebda soluzzjoni jew alternattiva. Ir-rilokazzjoni tal-Monti saret wara analiżi ta’ 7 siti madwar il-Belt u l-Floriana. Fl-analiżi li saret ittieħdu in konsiderazzjoni l-bżonn illi taqdi il-bżonnijiet kollha b’mod speċjali l-aċċessibbilità u kobor biżżejjed biex joqgħodu l-bejjiegħa kollha.
Iż-żona ta’ Sarrija fil-Floriana, imsemmija mill-Onor Cardona waqt id-diksors tiegħu fil-Parlament, kienet waħda minn dawn is-siti analizzati. Jirriżulta li kieku dan il-post kien magħzul, kien ifisser li ma kienx ikun hemm biżżejjed spazju għall-bejjiegħa kollha biex jarmaw, għax dan mhuwiex kbir biżżejjed. Dan is-sit kien ifisser ukoll li numru kbir ta’ Ħdud fis-sena ma jkunx disponibbli biex jarmaw, għalhekk iwassal għal telf ta’ xogħol għall-bejjiegħa.
Il-post magħzul mill-Gvern huwa ċentrali, aċċessibbli għall-pubbliku, kbir biżżejjed biex joqogħdu fih il-bejjiegħa kollha, ma jagħmel ebda inkonvenjent lil residenti, u huwa disponibbli il-Ħdud kollha tas-Sena. Il-postijiet l-oħra madwar il-Belt u l-Floriana ma jaqdux dawn il-bżonnijiet kollha.
Dan is-Segretarjat itenni għal darb’oħra u jisfida lill-Oppożizzjoni tgħid x’inhuma l-pjanijiet tagħha biex twettaq il-wegħdi kollha li għamlet lill-bejjiegħa tal-Monti wara bibien magħluqa l-ġimgħa l-oħra.
L-aġir u d-diskorsi tal-Oppożizzjoni jikkonfermaw kemm din hija Oppożizzjoni, li tilgħab bis-sentimenti tan-nies, u ma tiskrupla xejn li ddawwar l-għajxien tal-ħaddiema u l-familji tagħhom f’ballun politiku għall-gwadann tal-mument.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003