Left arrow Mur Lura

L-ONOR. CLYDE PULI, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, JIFRAĦ LIL THOMAS CREMONA

pr0236
Date Icon 08/02/2011

L-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, feraħ personalment liż-żagħżugħ Thomas Cremona permezz ta’ telefonata wara li aktar kmieni llum wasal Barbados u kiseb rekord mondjali. 

Dan hekk kif flimkien ma’ ħames qaddiefa oħra minn pajjiżi differenti qasmu l-Atlantiku, distanza ta’ madwar 5,000km u kisru r-rekord preżenti ta’ qdif fl-Atlantiku.

Matul din l-isfida wkoll, it-tim ta’ Thomas Cremona kiser rekord ieħor meta qadef 160km kuljum f’għaxart’ijiem konsekuttivi. 

L-Onor Puli filwaqt li feraħ lil Cremona għas-suċċess tiegħu wkoll bħala l-ewwel Malti li qasam l-Atlantiku bil-qdif sostna kif dan hu ta’ eżempju u ispirazzjoni  kemm għal dawk il-persuni li llum qed ibatu mill-marda tal-kanċer kif ukoll għal dawk il-persuni li għaddejjin minn xi problema oħra. 

Hu żied li dan juri li l-ispirtu tal-bniedem kapaċi mhux biss jiġġieled kwalinkwe problema iżda wkoll li jdawwar esperjenza negattiva fi sfidi ġodda. 

Qabel din l-isfida Thomas Cremona għamel maratona b’risq Puttinu Cares, fejn kien kiser rekord ieħor ta’ 24 siegħa qdif fuq magna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow