IFFIRMAR TAL-PROTOKOLL TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-FTEHIM FUQ RIADMISSJONI BEJN IR-RUSSJA U L-UNJONI EWROPEA
Illum, 8 ta’ Frar 2011 l-Ambaxxatur ta’ Malta s-Sur Carmel Inguanez u l-Viċi Direttur tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni is-Sur Nikolay Matveevich Smorodin iffirmaw il-Protokoll ta’ Implimentazzjoni bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim tas-26 ta’ Mejju 2006 bejn il-Federazzjoni Russa u l-Unjoni Ewropea fuq Riadmissjoni.
Iċ-ċerimonja tal-firma saret fil-kwartieri ġenerali tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni fiċ-centru ta’ Moska. Fil-kelmtejn ta’ qabel tal-okkażjoni, is-Sur Smorodin qal li din hi tarġa ‘l quddiem lejn kooperazzjoni akbar bejn iż-żewġ pajjiżi. L-Ambaxxatur Inguanez qal li Malta temmen li hemm benefiċċju nett f’mobilita’ akbar bejn ċittadini Ewropej u ċittadini tal-Federazzjoni Russa. Il-Protokoll li ġie ffirmat llum hu tarġa importanti fit-twetttiq tal-mixja tar-Russja lejn liberalizzazzjoni tal-visa.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003