STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT U S-SEGRETARJAT GĦAT-TURIŻMU, L-AMBJENT U L-KULTURA Ftehim mal-MHRA dwar ir-reviżjoni tal-VAT fuq it-tour operator business
Il-Gvern u l-Malta Hotels and Restaurant Association waslu fi qbil b'rabta mar-reviżjoni tal-VAT kif imħabbra fil-baġit għall-2011.
Il-prinċipji ġenerali ta' dan il-ftehim huma kif ġej:
• Ir-rifużjoni se tkopri t-tour operator business għall-perjodu bejn Jannar u Settembru 2011, li qabel kien se jiċċarġja rata ta' 5%.
• Ir-rata ta' rifużjoni se tkun ta' 1% (1/7 tal-VAT miġbura fuq dan it-tour operator business)
• L-ammont massimu tar-rifużjoni se jkun capped sa €1.5m. Jekk it-talbiet jeċċedu dan l-ammont, il-pagament ikun wieħed pro rata.
• L-ewwel żewġ talbiet għar-rifużjoni se jitħallsu fuq 75% tal-ammont mitlub biex ikun assigurat il-prinċipju tal-proporzjonalità jekk fl-aħħar it-talbiet jaqbżu l-limiti stipulati
• Dan se jkopri biss kuntratti li ġew reġistrati mal-MTA u ma jridx ikun hemm bilanċi pendenti fir-rigward tat-taxxi tad-dħul, VAT, NI u miżati tal-MTA.
Bil-Baġit 2011, il-Gvern se jkun qed ikompli jsostni l-prodott turistiku lokali, se jara aktar fondi għal-lukandi biex itejbu l-prodott u s-servizz tagħhom u se jkompli jinvesti fir-reklamar ta' pajjizna, bil-għan li jkompli jibni fuq ir-rizultati pożittivi miksuba fl-2010 fil-qasam tat-turizmu. Ir-reviżjoni fil-VAT tissostitwixxi l-miżura ta' 50ċ għal kull lejl li jqatta' turist u li kienet tħabbret fil-Baġit 2009, liema miżura kellha tiġi introdotta fl-1 ta' Jannar 2010, iżda baqgħet ma ġietx introdotta.
Il-Gvern se jkompli jaħdem biex jattira aktar turiżmu lejn pajjizna, filwaqt li nsostnu u noħolqu aktar postijiet tax-xogħol f'dan is-settur.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003