STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT B’REAZZJONI GĦALL-ISTQARRIJA TAD-DEPUTAT LABURISTA LEO BRINCAT Il-Power Station ta’ Delimara mhix se tipproduci skart tossiku.
Il-Power Station ta' Delimara mhix se tipproduci skart tossiku. Dan l-Oppozizzjoni tafu, izda tibqa' tgħodos fil-qlajjiet biex tagħmel il-bsaten fir-ritratti u tallarma lin-nies bi qlajjiet foloz.
It-teknoloġija li se tintuża fl-estensjoni tal-Power Station, flimkien mat-teknoloġija għall-qbid tal-iskart hija skont standards Ewropej.
Il-Gvern huwa impenjat li jwettaq investiment li jtejjeb il-kwalità tal-arja fl-interess tas-saħħa tal-poplu Malti. Iżda l-obbligu li jaghmel dan ġej ukoll mill-finanzjament tal-investiment u mis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Din l-estensjoni qed tiġi finanzjata fil-parti l-kbira tagħha mill-Bank Ewropew tal-Investiment, li jimponi regoli u standards stretti fil-proġetti li japprova l-għajnuna għalihom. Bħala pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, Malta hi obbligata wkoll li tosserva regolamenti mill-aktar stretti fil-qasam ambjentali. L-impjant magħżul se jilħaq l-ogħla standards Ewropej, inklużi dawk tal-Ġermanja, kif anke ikkonfermat mill-Awditur-Ġenerali fl-investigazzjonijiet tiegħu.
Il-Power Station mhix se tipproduċi skart tossiku. Barra minn hekk l-iskart li se jiġi prodott, se jiġi esportat biex il-faċilitajiet għar-rimi tal-iskart f'pajjiżna jservu aktar fit-tul.
Il-Power Station f'Delimara se tibqa' suġġetta għal kontroll ta' l-ogħla kwalità. Il-power stations tagħna ghandhom permess ambjentali biex joperaw. Dan il-permess li teknikament jismu Integrated Pollution Prevention and Control Permit (IPPC) jirregola l-operat tal-power station f'aspetti li jista jkollhom impatt fuq l-ambjent, principalament fuq: l-emissjonijiet ta' l-arja; emissjonijiet fil-bahar; u l-immanigjar tal-iskart.
Il-limiti tal-emissjonijiet li jistghu johorgu mill-power station jigu iffisati mill-MEPA. Il-MEPA tassigura li l-impjant ser jopera fil-limiti stabillit fl-Air Quality Framework Directive. L-għoti tal-permess ifisser t-teknologija li ser tintuza ser jassigura li l-emissjonijiet fl-arja mhux ser jaqbzu il-livelli accetabbli.
L-Enemalta b'mod kontinwu timmoniterja l-emissjonijiet fl-arja li johorgu mill-impjant. Kif hemm f'IPPC permits ohrajn, ser ikun hemm obbligu ghal Real Time Monitoring.
L-estensjoni tal-Power Station ta' Delimara hija kruċjali għall-ħtiġijiet soċjali, ambjentali u ekonomiċi tal-pajjiż. Flimkien mal-Interconnector ma' Sqallija, se twassal biex tkun tista' tingħalaq il-Power Station tal-Marsa, li hija l-akbar sors ta' tniġġis fil-pajjiż. Ghalhekk huwa car li l-intenzjoni tal-istqarrija tal-Oppozizzjoni hija intiza biss biex tqarraq u tallarma.
Għall-opportuniżmu politiku u għaliex ma jinteressahiex bis-serjetà mill-ambjent u mill-ħolqien tal-impjiegi, l-Oppozizzjoni Laburista qeda tipprova tiżra d-dubji b'kull mezz. Din il-ġimgħa l-kelliem tal-Oppożiżżjoni dwar l-edukazzjoni Evarist Bartolo fil-Kumitat għall-Kontijiet Pubblici insista li l-Awditur Ġenerali ghandu jinvestiga "bank" li, skont hu għandu konnessjonijiet mal-EneMalta. Jirriżulta li Evarist Bartolo kien qiegħed jitkellem dwar kumpanija tal-ipproċessar tal-ikel li ma għanda l-ebda konnessjoni mal-EneMalta. Minkejja li fil-Kumitat inġibditlu l-attenzjoni li għandu żball, baqa' jinsisti li għandu raġun.
Barra minhekk, l-Awditur Ġenerali stabbilixxa li l-allegazzjonijiet tal-Oppożizzjoni ta' korruzzjoni kienu infondati. Il-Kummissjoni Ewropea ukoll uriet li l-Oppożizzjoni kienet żbaljata u qalet li fil-proċess ġew osservati r-regolamenti Ewropej.
L-Oppożizzjoni mhix qed tkun serja. Għall-opportuniżmu politiku trid tagħmel il-ħsara lil pajjiżna.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003