Left arrow Go Back

IMWAQQFA UFFIĊJALMENT L-AĠENZIJA ŻGĦAŻAGĦ

pr0216
Date Icon 05/02/2011

L-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, dalgħodu nieda uffiċjalment l-Aġenzija Żgħażagħ. Waqt diskors tal-okkażjoni, l-Onor Puli sostna li l-Politika Nazzjonali għaż-Żgħażagħ, li kienet imnedija s-sena li għaddiet, kienet sejħet għat-twaqqif ta' Agenzija taż-Żgħażagħ, li timmobilizza r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-istess politika.

Hu fakkar kif din il-politika kienet tfasslet wara konsultazzjoni maż-żgħażagħ infushom u għaldaqstant tinkorpora fiha l-aspirazzjonijiet taż-żghażagħ.

Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Aġenzija Żgħażagħ se tkun qed tieħu l-Politika Nazzjonali għaż-Żgħażagħ bħala l-boxxla li tiggwidaha fil-ħidma tagħha.

Hu spjega kif l-Aġenzija Żgħażagħ se tkun għodda importanti  li tassigura li l-politika tal-Gvern tkun qiegħdha f'kull każ tikkonsidra l-perspettiva taż-żagħżagħ. Dan għaliex wieħed mir-rwoli importanti ta' din l-Aġenzija se jkun dak ta' mainstreaming.

L-Onor Puli qal li din l-Aġenzija flimkien mar-rwol ta' mainstreaming se tkun qiegħda wkoll toffri programmi ta' empowerment billi tipprovdi liż-żagħżagħ b'ħiliet u b'aċċess għall-opportunitajiet li jeżistu.

Preżenti għal din it-tnedija kien hemm ukoll Miriam Teuma, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenżija Żgħażagħ, u għadd kbir ta' żgħażagħ li wħud minnhom kellhom opportunità jeżibixxu t-talenti tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow