JITĦABBRU L-MEMBRI TAL-BORDIJIET TAT-TEATRI U ENTITAJIET KULTURALI
Is-Segretarjat Parlamentari għat-Turizmu, l-Ambjent u l-Kultura ħabbar il-ħatra tal Bordijiet li ser ikunu qed imexxu t-teatri u entitajiet kulturali.
Il-Bord tat-Teatru Manoel huwa kompost minn:
| Chairperson: | Dott. Michael Grech |
| Membri: | Is-Sur Kenneth Zammit Tabona |
Is-Sur Wilfred Kennely
Is-Sinjura Karen Miller
Is-Sinjura Charlot Stafrace
Il-Bord ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi huwa kompost minn:
Chairperson: Dott. Peter Fenech
Is-Sinjura Rosette Fenech
Dr. Ingrid Azzopardi
Dott. Tonio Ellul
Is-Sur Felix Busuttil
Il-Bord tat-Teatru Apert huwa kompost minn:
| Chairperson: | Is-Sur Anton Attard |
| Membri: | Is-Sinjura Bridgette Gauci Borda |
Is-Sur Albert Marshall
Is-Sinjura Gillian Zammit
Is-Sur Paul Portelli
Il-Bord tal-Orkestra Filarmonika huwa kompost minn:
| Chairperson: | Dott. James Scerri Worley |
| Membri: | Is-Sur Franco Valletta |
Is-Sinjura Jacqueline Camilleri
Dott. Joseph Camilleri
Is-Sinjura Sarah Spiteri
Dott. Maria Frendo
Is-Sinjura Cynthia Caruana Turner
Il-Bord tac-Ċentru tal-Kreattività huwa kompost minn:
| Chairperson: | Is-Sur Micheal Fenech |
| Membri: | Dott. Gege Gatt |
Is-Sur Vince Briffa
Is-Sur Imanuel Mifsud
Is-Sinjura Hazel Sultana
Is-Sinjura Corinne Vella
Għall-ewwel darba qiegħed jiġi appuntat Bord għat-Teatri Nazzjonali li xogħolu ser ikun li jikkoordina il-ħidma tat-Teatru Manoel, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, it-Teatru Miftuħ, iċ-Ċentru tal-Kreattività u l-Orkestra Filarmonika bil-għan li jintlaħqu l-miri kulturali ta' pajjiżna. Dan il-Bord ser ikun immexxi mis-Sur Roderick Chalmers u ser ikun kompost mic-Chairpersons tal-Bordijiet tal-entitajiet imsemmija. Is-Segretarju ta' dan il-Bord huwa is-Sur Ray Miller.
Is-Segretarju Parlamentari Dott. Mario Demarco awgura lill-membri ta' dawn l-entitajiet li jaħdmu favur il-kultura u l-arti f'pajjiżna. Huwa saħaq fuq l-importanza li jkun hemm koordinament sħiħ bejn l-entitajiet speċjalment fil-kalendarju ta' attivitajiet, fir-reklamar u marketing li jsir u anke f'ċertu servizzi amministrattivi. Il-membri tal-Bordijiet rispettivi iġibu magħhom esperjenzi, kwalifiki u għarfien partikolari li ser jassigura li kull entità tfassal u twettaq programm kulturali u artistiku tal-għola livell.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003