KORS LI JWASSAL GĦAL ĊERTIFIKAT TA’ CARE ASSISTANT
Id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità qed jerġa jilqa’ applikazzjonijiet għal kors ta’ taħriġ teoretiku u prattiku li jwassal għal Ċertifikat ta’ Care Assistant. Il-kors li se jibda fl-4 ta’ April 2011 huwa fuq bażi full time għall-erba’ xhur. It-taħriġ teoretiku u prattiku jkun mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
Din hija inizjattiva li għandha twassal lil persuna biex ‘il quddiem tkun tista’ taħdem fil-qasam interessanti tal-anzjani f’pajjiżna.
L-applikazzjonijiet se jkunu qed jiġu aċċettati strettament minn nhar it-Tnejn, 7 ta’ Frar 2011 sal-Ġimgħa, 18 ta’ Frar 2011 bejn id-9.00am u 12.00 nofsinhar. Kull applikazzjoni għandha tasal (bl-idejn jew bil-posta) fis-Sezzjoni tal-Accounts, Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, Ċentru Ħidma Soċjali, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera.
Ma’ kull applikazzjoni importanti li wieħed jinkludi Ċertifikat tal-Kondotta tal-Pulizija, School Leaving Certificate, kif ukoll kopji taċ-Ċertifikati Akkademiċi. Dawn flimkien ma’ pagament ta’ 75 Euro li jingħataw lura jekk il-persuna ma tintgħażilx biex issegwi l-kors. Il-pubbliku jista’ jikseb aktar informazzjoni fuq in-numri telefoniċi: 22788414/5/6.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003