Left arrow Go Back

KORS LI JWASSAL GĦAL ĊERTIFIKAT TA’ CARE ASSISTANT

pr0205
Date Icon 04/02/2011

Id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità qed jerġa jilqa’ applikazzjonijiet għal kors ta’ taħriġ teoretiku u prattiku li jwassal għal Ċertifikat ta’ Care Assistant.  Il-kors li se jibda fl-4 ta’ April 2011 huwa fuq bażi full time għall-erba’ xhur. It-taħriġ teoretiku u prattiku jkun mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

Din hija inizjattiva li għandha twassal lil persuna biex ‘il quddiem tkun tista’ taħdem fil-qasam interessanti tal-anzjani f’pajjiżna. 

L-applikazzjonijiet se jkunu qed jiġu aċċettati strettament minn nhar it-Tnejn, 7 ta’ Frar 2011 sal-Ġimgħa, 18 ta’ Frar 2011 bejn id-9.00am u 12.00 nofsinhar. Kull applikazzjoni għandha tasal (bl-idejn jew bil-posta) fis-Sezzjoni tal-Accounts, Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, Ċentru Ħidma Soċjali, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera.

Ma’ kull applikazzjoni importanti li wieħed jinkludi Ċertifikat tal-Kondotta tal-Pulizija, School Leaving Certificate, kif ukoll kopji taċ-Ċertifikati Akkademiċi. Dawn flimkien ma’ pagament ta’ 75 Euro li jingħataw lura jekk il-persuna ma tintgħażilx biex issegwi l-kors. Il-pubbliku jista’ jikseb aktar informazzjoni fuq in-numri telefoniċi: 22788414/5/6.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow