L-ISKEMA TAL-ISPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK – ESTENSJONI GĦALL-ĠBIR U MILI TAL-FORMOLI TAR-REĠISTRAZZJONI – SANTA VENERA
Id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek jixtieq jinfoma lill-pazjenti minn SANTA VENERA li huma ntitolati għall-mediċina b’xejn mingħand il-Gvern u, li s-soltu jiġbru l-mediċini tagħhom miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-FURJANA, li minħabba r-rispons kbir li kien hemm mill-pubbliku, iż-żmien għar-Reġistrazzjoni ġie estiż sal-11 ta’ Frar 2011.
Id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek jixtieq jinforma lill-pazjenti li l-Formola tar-Registrazzjoni għall-‘Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek’ tista tiġi ffirmata kemm mit-tabib/a privat/a kif ukoll mit-tobba taċ-Ċentru tas-Saħħa tal- Furjana.
Il-pazjenti li joqgħodu fil-lokalitajiet imsemmija hawn fuq u li għandhom il-Kartuna s-Safra u dawk li huma ntitolati għall-mediċini tad-diabete BISS għandhom jirreġistraw ma’ din l-Iskema.
Il-Formola tar-Registrazzjoni mimlija, għandha tittieħed lura għand l-ispiżerija li l-pazjent ikun irregistra magħha. Flimkien mal-Formola tar-Reġistrazzjoni l-pazjent għandu jibgħat ukoll kopji tal-Kartun u l-Permessi kollha li jintitolawh għal mediċini b’xejn.
Għar-Reġistrazzjoni għandha tintuża BISS il-formola uffiċjali pprovduta mid- Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek.
Min għandu bżonn ta’ aktar informazzjoni għandu jċempel fuq 2248 1800 jew 2210 6350
SPIŻERIJI - SANTA VENERA
Isem Indirizz Lokalità
1. Fatima Pharmacy Triq iż-Żonqor Santa Venera
2. Lantern Pharmacy Misraħ il-Kebbies, Santa Venera
3. St. Bartholomew Pharmacy 230, Fleur-De-Lys Road, Santa Venera
4. St. Venera Pharmacy 532, High Street, Santa Venera
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003