Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU TAL-EDUKAZZJONI, XOGĦOL U L-FAMILJA, DOLORES CRISTINA, TAĊĊETTA RAKKOMANDAZZJONIJIET DWAR IT-TMEXXIJA TAL-LIBRERIJI FL-ISKEJJEL

pr0200
Date Icon 03/02/2011

Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina, aċċettat ir-rakkomandazzjonijiet magħmula minn grupp li ħatret biex jeżaminaw il-ktieb “Vampir” li kien tneħħa minn xi libreriji tal-iskejjel tal-Gvern.

Ir-rapport li qed ikun ippubblikat ma’ din l-istqarrija, fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-kotba fil-libreriji tal-iskejjel irrakkomanda li:

• Għandu jkun hemm grupp ta’ professjonisti jew nies b’ħiliet relevanti għall-qasam, biex jikklassifikaw il-kotba. B’dan il-mod, il-klassifikazzjoni tkun qed tiġi bbażata fuq perspettivi differenti.

• Flimkien mal-esperti għandu jkun hemm ukoll numru ta’ żgħażagħ biex jagħtu l-opinjoni tagħhom mill-perspettiva ta’ żgħażagħ.

• L-ixkaffar fejn jitqiegħdu l-kotba fil-libereriji tal-iskejjel għandu jkun maqsum skont faxex ta’ etajiet tal-istudenti (eż. minn 8 snin ’il fuq, minn 10 snin ’il fuq, minn 13-il sena ’l fuq eċċ).  Imbagħad skont l-età jitpoġġew kotba adattati.

• L-istudenti għandhom jiġu ggwidati mil-Librara biex ifittxu kotba mill-ixkafef skont l-età u l-maturità tagħhom.

Dwar il-ktieb “Vampir”, wara li analizza l-kontenut tiegħu, il-maġġoranza tal-grupp qablet li dan il-ktieb għandu jkun aċċessibli għall-istudenti li qegħdin fir-Raba’ u l-Ħames sena tal-iskejjel sekondarji filwaqt li membru tal-grupp ma kienx konvint minn dan.

Il-grupp kien immexxi mis-Sur Trevor Zahra, is-Sinjura Helen D’Amato, is-Sinjura Sandra Cortis u s-Sur Mario Schiavone.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow