IL-MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN F’ĦIDMA MAL-MALTA ENTERPRISE FIL-PROMOZZJONI TAL-INVESTIMENT U L-KUMMERĊ
Grupp ta’ Regional Leaders mid-Dipartiment tal-Investiment u l-Kummerċ fi ħdan il-Malta Enterprise ingħataw preżentazzjoni dwar l-għajnuna u l-kollaborazzjoni li joffri d-Direttorat tal-Ekonomija fi ħdan dan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fil-promozzjoni tal-kummerċ u l-investiment. L-irwol tar-Regional Leaders hu li jħajjar investiment dirett barrani lejn Malta minn kważi kull reġjun tad-dinja.
Il-preżentazzjoni, li saret fl-1 ta’ Frar, 2011 fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, iffukat fuq tliet aspetti: il-konnessjoni bejn ix-xogħol tad-Direttorat tal-Affarijiet Ġenerali Ewropej u l-Koperazzjoni Ekonomika u l-Malta Enterprise; l-assessjar u l-interpretazzjoni ta’ brief ekonomiku; u l-firxa tal-konsolati Maltin madwar id-dinja.
Id-delegati tal-Malta Enterprise kienu indirizzati mis-Sur Ray Sarsero, l-Ambaxxatur Leslie Agius, u l-Ambaxxatur Saviour Falzon.
Is-Sur Sarsero tkellem dwar l-importanza li tingħata lill-iżvilupp ekonomiku fil-politika barranija ta’ Malta u rrefera għas-seba’ għanijiet strateġiċi tal-politika barranija li għandhom rabta diretta mal-promozzjoni tal-ekonomija u investiment. Huwa tkellem dwar il-koperazzjoni li l-Ministeru jagħti lill-Malta Enterprise, l-iktar fl-organizzazzjoni ta’ delegazzjonijiet f’pajjiżi barranin, il-promozzjoni ta’ negozju u opportunitajiet għal investiment f’Malta waqt żjarat Uffiċjali jew Statali f’pajjiżi barranin u l-użu tal-Ambaxxati u l-Konsolati ta’ Malta fid-dinja.
L-Ambaxxatur Falzon spjega fid-dettal kif wieħed għandu jinterpreta indikaturi ekonomiċi bejn Malta u pajjiżi oħra u kif tuża din l-informazzjoni biex tidentifika klijenti prospettivi. L-Ambaxxatur Agius tkellem dwar il-firxa konsolari Maltija li mas-snin tferrxet mad-dinja. Il-konsolati huma kuntatt importanti għal Malta mal-komunitajiet ta’ negozjanti madwar id-dinja.
Waqt il-preżentazzjoni ġie enfasizzat li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin għandu għal qalbu l-promozzjoni ta’ investiment u żvilupp ekonomiku barrani f’Malta permezz tar-relazzjonijiet diplomatiċi u li d-diplomazija ekonomika tal-Ministeru hi maħsuba biex issaħħaħ l-irwol tal-Malta Enterprise bħala aġenzija għall-iżvilupp ekonomiku.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003