Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT B’REAZZJONI GĦALL-ISTQARRIJA TAL-OPPOŻIZZJONI

pr0193
Date Icon 02/02/2011

Inizjattivi immedjati favur it-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-Power Stations

L-aktar deċiżjoni b’saħħitha li turi l-impenn tal-Gvern favur arja aktar nadifa hija dik li jagħlaq il-Power Station tal-Marsa li hi sors qawwi ta’ tniggis u jinvesti fl-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara, li se taħdem bl-aqwa standards Ewropej, u fl-interconnector ma’ Sqallija.

Għall-kuntrarju tal-impressjoni li tipprova tagħti l-istqarrija tal-Oppożizzjoni, minkejja d-deċiżjoni li l-Gvern ħa biex jagħlaq il-Power Station tal-Marsa fil-futur qarib, xorta waħda ttieħdu diversi inizjattivi li jnaqqsu l-emissjonijiet:

• saret bidla fit-tip ta’ fuel oil użat fil-power station fejn is-sena li għaddiet beda jintuża fuel b’kontenut ta’ 0.7% sulphur, meta sa ftit snin ilu kien jintuża fuel oil b’kontenut ta’ sulphur ta’ 3.5%;

• kien installat tagħmir (low-NOx burners) li jnaqqas l-emissjonijiet ta’ NOx;

• it-turbina combined cycle qed titħaddem ukoll b’sistema ta’ injezzjoni tal-isteam biex jitnaqqsu l-emissjonijiet NOx;

• Matul l-2011, l-Enemalta se tkompli taħdem fuq l-użu ta’ fuel combustion additives u miżuri sekondarji oħra li jkomplu jnaqqsu l-emissjonijiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow