INTERVENT MILL-VIĊI PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN, TONIO BORG, FIL-KUNSILL TAL-MINISTRI DWAR PERSEKUZZJONI KONTRA KOMUNITAJIET INSARA
F’intervent li għamel il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, Tonio Borg, fil-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea t-Tnejn li għadda, hu talab li jissemmew b’mod speċifiku l-komunitajiet insara li qed isofru vjolenza, qtil u persekuzzjoni f’diversi partijiet tad-dinja. Huwa wkoll sostna l-inizjattiva tal-Ministru Taljan Franco Frattini li, jekk ma hemmx qbil dwar dan, l-istqarrija dwar il-liberta’ reliġjuża li kellu quddiemu l-Kunsill tiġi mibgħuta lura quddiem il-Kumitat dwar Politika u Sigurtà (PSC) għal eżami mill-ġdid. Fil-fatt wara diversi interventi in sostenn tal-inizjattiva Taljana, l-istqarrija ġiet mibgħuta lura lil dan il-Kumitat.
Fit-3 ta’ Jannar 2011, il-Ministru Borg kien kiteb lir-Rappreżentant Għoli Catherine Ashton fejn talab li dil-materja tiġi diskussa fil-Kunsill tal-Ministri. Dan is-suġġett se jerġa’ jiġi diskuss fil-Kunsill tal-Ministri tal-21 ta’ Frar.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003