Left arrow Go Back

INTERVENT MILL-VIĊI PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN, TONIO BORG, FIL-KUNSILL TAL-MINISTRI DWAR PERSEKUZZJONI KONTRA KOMUNITAJIET INSARA

pr0192
Date Icon 02/02/2011

F’intervent li għamel il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, Tonio Borg, fil-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea t-Tnejn li għadda, hu talab li jissemmew b’mod speċifiku l-komunitajiet insara li qed isofru vjolenza, qtil u persekuzzjoni f’diversi partijiet tad-dinja.  Huwa wkoll sostna l-inizjattiva tal-Ministru Taljan Franco Frattini li, jekk ma hemmx qbil dwar dan, l-istqarrija dwar il-liberta’ reliġjuża li kellu quddiemu l-Kunsill tiġi mibgħuta lura quddiem il-Kumitat dwar Politika u Sigurtà (PSC) għal eżami mill-ġdid. Fil-fatt wara diversi interventi in sostenn tal-inizjattiva Taljana, l-istqarrija ġiet mibgħuta lura lil dan il-Kumitat.

Fit-3 ta’ Jannar 2011, il-Ministru Borg kien kiteb lir-Rappreżentant Għoli Catherine Ashton fejn talab li dil-materja tiġi diskussa fil-Kunsill tal-Ministri.  Dan is-suġġett se jerġa’ jiġi diskuss fil-Kunsill tal-Ministri tal-21 ta’ Frar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow