Left arrow Mur Lura

NINVESTU FIN-NEGOZJI TAGĦNA PERMEZZ TAL-EDUKAZZJONI

pr0189
Date Icon 02/02/2011

L-ispirtu ta’ intraprenditorija huwa l-mutur li jħaddem is-settur tan-negozju ta’ pajjiżna. Illum ġiet imnedija l-iskema Entrepreneurship through Education mill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet, Jason Azzopardi.  Permezz ta’ din l-iskema, il-Gvern qed iħares li jkompli jinvesti f’dan il-qasam biex iżjed żgħażagħ jitgħallmu dwar u jiksbu l-ħiliet neċessarji llum, biex jidħlu fid-dinja tan-negozju għada.

L-iskema Entrepreneurship through Education hija inizjattiva tal-Budget, frott ta’ kollaborazzjoni bejn is-Segretarjat Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet u l-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja.  L-iskema ser tpoġġi €100,000 f’fondi għad-dispożizzjoni tal-iskejjel Pubbliċi, Privati u tal-Knisja biex joħolqu proġetti u inizjattivi dwar l-Intraprenditorija, li minnhom it-tfal jitgħallmu iżjed dwar id-dinja tan-negozju. 

Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina, qalet li llum qed inwettqu miżura oħra mħabbra fl-aħħar Baġit bl-iskop li permezz tal-edukazzjoni jkabbar u jiżviluppa spirtu imprenditorjali fit-tfal tagħna.

Hija qalet li b’edukazzjoni imprenditorjali nifhmu t-tagħlim li jagħti lill-istudenti l-għarfien, il-ħila u l-motivazzjoni biex joħorġu b’ideat kreattivi u innovattivi u jpoġġuhom fil-prattika.  Dan it-taħriġ jista’ jwassalhom biex ikunu managers tajbin, jiftħu n-negozju tagħhom jew jekk ikunu impjegati jew impenjati f’xi organizzazzjoni, imqar jekk din ma jkollhiex skop ta’ qliegħ, jagħmlu affarijiet b’mod effiċjenti.

Il-Ministru Cristina qalet li sal-lum, fis-sistema edukattiva tagħna fil-livell primarju u sekondarju, kellna xi inizjattivi li esponew lill-istudenti għall-ambjent tax-xogħol f’diversi setturi.  L-importanza li bniedem ikun intraprendenti tkun enfasizzata b’mod ġenerali fl-istudju ta’ ċerti suġġetti.  Hija kompliet li din hija   opportunita konkreta, biex nagħtu lill-istudenti edukazzjoni imprenditorjali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow