STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN
pr0188
02/02/2011
B’referenza għal laqgħa li saret il-bieraħ fi ħdan il-Kumitat Permanenti tax-xogħol tal-Kamra, in-naħa tal-Gvern tispeċifika li:
Ma kienx hemm qbil mal-proposta tal-Oppożizzjoni li tinħatar Kummissjoni kif proposta, u lanqas max-xogħol li din għandha tagħmel anzi in-naħa tal-Gvern fil-Kumitat Permanenti tax-Xoghol tal-Kamra qalet li l-ewwel reazzjoni tagħha hi waħda negattiva.
Il-Gvern innota wkoll li l-Oppożizzjoni taqbel mal-proposti li kien għamel il-Gvern dwar allowances tad-deputati għal vjaġġar, telefonati u posta b’dana pero li l-Oppożizzjoni trid tagħti għażla dwar l-allowances tat-telefonati u posta jekk deputat jagħżilx is-sistema il-qadima jew il-ġdida. Anki fuq dil-kwestjoni ma kienx hemm qbil.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003