STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
Miċħuda kummenti tad-Deputat tal-Oppożizzjoni Noel Farrugia
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jirreferi għall-kummenti li ntqalu mill-Onor. Noel Farrugia waqt li llejla kienet qed tiġi diskussa l-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur fil-Parlament.
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jikkonferma li d-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali ta l-approvazzjoni tiegħu għall-proċess temporanju li jinsab fis-seħħ biex jinħaslu l-kaxxi tal-pitkalija fil-Biċċerija. Dan il-proċess daħal fis-seħħ fl-aħjar interess tal-konsumaturi u tal-bdiewa wara li l-Ministeru ma ra ebda titjib fil-kwalita’ tal-indafa tal-kaxxi tal-Pitkalija li kien isir mill-kumpanija Pitkali Crates. Hu stramb il-fatt kif l-Onor Farruggia qatt ma tkellem dwar l-istat ħażin tal-kaxxi li kienet tħalli l-kumpanija msemmija.
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jiċċara wkoll li l-kaxxi qed jinħażnu f’post ‘il bogħod mill-binja fejn jiġi pproċessat il-laħam. Dan il post m’għadux jintuża bħala chiller fl-iproċċessar tal-laħam kif ipprova jallega id-Deputat tal-Oppożizzjoni.
Il-Ministeru jikkundanna l-fatt li kif għamel f’okkażjonijiet fl-imgħoddi, illum ukoll l-Onor Farruggia reġa pprova jiżra d-dubju u l-biża mas-settur agrikolu.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003