Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr0186
Date Icon 01/02/2011

Miċħuda kummenti tad-Deputat tal-Oppożizzjoni Noel Farrugia

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jirreferi għall-kummenti li ntqalu mill-Onor. Noel Farrugia waqt li llejla kienet qed tiġi diskussa l-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur fil-Parlament.

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jikkonferma li d-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali ta l-approvazzjoni tiegħu għall-proċess temporanju li jinsab fis-seħħ biex jinħaslu l-kaxxi tal-pitkalija fil-Biċċerija.  Dan il-proċess daħal fis-seħħ fl-aħjar interess tal-konsumaturi u tal-bdiewa wara li l-Ministeru ma ra ebda titjib fil-kwalita’ tal-indafa tal-kaxxi tal-Pitkalija li kien isir mill-kumpanija Pitkali Crates. Hu stramb il-fatt kif l-Onor Farruggia qatt ma tkellem dwar l-istat ħażin tal-kaxxi li kienet tħalli l-kumpanija msemmija.

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jiċċara wkoll li l-kaxxi qed jinħażnu f’post ‘il bogħod mill-binja fejn jiġi pproċessat il-laħam. Dan il post m’għadux jintuża bħala chiller fl-iproċċessar tal-laħam kif ipprova jallega id-Deputat tal-Oppożizzjoni. 

Il-Ministeru jikkundanna l-fatt li kif għamel f’okkażjonijiet fl-imgħoddi, illum ukoll l-Onor Farruggia reġa pprova jiżra d-dubju u l-biża mas-settur agrikolu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow