L-GĦELUQ TAL-POWER STATION TAL-MARSA SE TWASSAL GĦAL TNAQQIS TAL-EMISSJONIJIET U TITJIB TAL-KWALITA` TAL-ARJA
Id-deċiżjoni tal-Gvern li jagħlaq il-Power Station tal-Marsa hija xhieda oħra tal-impenn tal-Gvern biex jitnaqqsu l-emissjonijiet u titjieb il-kwalità tal-arja. Din hija l-politika ċara tal-Gvern favur l-ambjent u kwalità tal-ħajja aħjar għall-poplu. Fl-istess waqt il-Gvern għaddej bi programm estensiv ta’ investiment biex jassigura l-provvista tal-enerġija f’pajjiżna b’mod li jlaħħaq mat-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż.
Huwa fatt magħruf li l-Power Station tal-Marsa li nbniet fis-snin ħamsin u li għal perjodu twil taż-żmien kienet titħaddem bil-faħam, hi sors ta’ tniġġis. Kif turi l-istqarrija tal-MEPA, l-Enemalta ma laħqitx il-miri tal-emissjonijiet. Dan ġara minħabba l-Power Station tal-Marsa. Filwaqt li l-emissjonijiet mill-Power Station ta’ Delimara naqsu, dawk mill-Marsa żdiedu. Dan ikompli jagћti xhieda tal-importanza li tingћalaq malajr kemm jista’ jkun il-Power Station il-qadima tal-Marsa.
Kien għalhekk li l-Gvern iddeċieda li din għandha tingħalaq u qed jinvesti fl-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara u f’interconnector.
Minkejja d-deċiżjoni li l-Gvern ħa biex jagħlaq il-Power Station tal-Marsa fil-futur qrib, xorta waħda ttieħdu diversi inizjattivi li jnaqqsu l-emissjonijiet:
- saret bidla fit-tip ta’ fuel oil użat fil-power station fejn is-sena li għaddiet beda jintuża fuel b’kontenut ta’ 0.7% sulphur, meta sa ftit snin ilu kien jintuża fuel oil b’kontenut ta’ sulphur ta’ 3.5%;
- kien installat tagħmir (low-NOx burners) li jnaqqas l-emissjonijiet ta’ NOx;
- it-turbina combined cycle qed titħaddem ukoll b’sistema ta’ injezzjoni tal-isteam biex jitnaqqsu l-emissjonijiet NOx;
- matul l-2011, l-Enemalta se tkompli taħdem fuq l-użu ta’ fuel combustion additives u miżuri sekondarji oħra li jkomplu jnaqqsu l-emissjonijiet.
L-impenn tal-Gvern f’dan ir-rigward ġej mill-fatt li t-teknoloġija li se tkun qed tintuża fl-estensjoni tal-Power Station, se tkun qed issegwi l-aqwa standards Ewropej, u saћansitra gћandhom jintlaћqu l-livelli tal-Ġermanja, li hija magћrufa gћar-regolamentazzjoni stretta fejn gћandhom x’jaqsmu l-emissjonijiet. It-titjib tal-kwalità tal-arja se jkun possibbli wkoll gћaliex se tintuża l-aqwa teknoloġija li tibdel l-emissjonijiet li jiġu prodotti fi skart li jinqabad u jiġi esportat barra minn Malta.
L-emissjonijiet tal-power stations ta’ Delimara u l-Marsa jistgħu jiġu vverifikati kuljum fuq l-Internet, b’informazzjoni għal kull siegħa u kif dawn l-emissjonijiet jikkumparaw mal-benchmarks stabbiliti mill-Unjoni Ewropea.
Il-Gvern irid li dan ikun proċess trasparenti, għalhekk dawn l-emissjonijiet huma disponibbli elettronikament biex kulħadd jista’ jaċċessahom liberament.
Bl-investimenti fil-Power Station ta’ Delimara u fl-interconnector ma’ Sqallija, pajjiżna se jkollu l-kapaċità meħtieġa biex jipproduċi l-enerġija meħtieġa biex ilaħħaq mat-tkabbir ekonomiku li l-pajjiż jeħtieġ biex jiġġenera aktar postijiet tax-xogħol u titjieb il-kwalita` tal-arja.
Huwa biss b’garanzija ta’ provvista kontinwa ta’ enerġija li pajjiżna jista’ jkompli jattira l-investiment, inkluż dak barrani, u b’hekk joħloq aktar opportunitajiet ta’ xogħol għal ħaddiema Maltin.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003