Left arrow Go Back

L-GĦELUQ TAL-POWER STATION TAL-MARSA SE TWASSAL GĦAL TNAQQIS TAL-EMISSJONIJIET U TITJIB TAL-KWALITA` TAL-ARJA

pr0185
Date Icon 01/02/2011

Id-deċiżjoni tal-Gvern li jagħlaq il-Power Station tal-Marsa hija xhieda oħra tal-impenn tal-Gvern biex  jitnaqqsu l-emissjonijiet u titjieb il-kwalità tal-arja. Din hija l-politika ċara tal-Gvern favur l-ambjent u kwalità tal-ħajja aħjar għall-poplu. Fl-istess waqt il-Gvern għaddej bi programm estensiv ta’ investiment biex jassigura l-provvista tal-enerġija f’pajjiżna b’mod li jlaħħaq mat-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż.

Huwa fatt magħruf li l-Power Station tal-Marsa li nbniet fis-snin ħamsin u li għal perjodu twil taż-żmien kienet titħaddem bil-faħam, hi sors ta’ tniġġis.  Kif turi l-istqarrija tal-MEPA, l-Enemalta ma laħqitx il-miri tal-emissjonijiet.  Dan ġara minħabba l-Power Station tal-Marsa.  Filwaqt li l-emissjonijiet mill-Power Station ta’ Delimara naqsu, dawk mill-Marsa żdiedu.  Dan ikompli jagћti xhieda tal-importanza li tingћalaq malajr kemm jista’ jkun il-Power Station il-qadima tal-Marsa.

Kien għalhekk li l-Gvern iddeċieda li din għandha tingħalaq u qed jinvesti fl-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara u f’interconnector.

Minkejja d-deċiżjoni li l-Gvern ħa biex jagħlaq il-Power Station tal-Marsa fil-futur qrib, xorta waħda ttieħdu diversi inizjattivi li jnaqqsu l-emissjonijiet:

  • saret bidla fit-tip ta’ fuel oil użat fil-power station fejn is-sena li għaddiet beda jintuża fuel b’kontenut ta’ 0.7% sulphur, meta sa ftit snin ilu kien jintuża fuel oil b’kontenut ta’ sulphur ta’ 3.5%;
  • kien installat tagħmir (low-NOx burners) li jnaqqas l-emissjonijiet ta’ NOx;
  • it-turbina combined cycle qed titħaddem ukoll b’sistema ta’ injezzjoni tal-isteam biex jitnaqqsu l-emissjonijiet NOx;
  • matul l-2011, l-Enemalta se tkompli taħdem fuq l-użu ta’ fuel combustion additives u miżuri sekondarji oħra li jkomplu jnaqqsu l-emissjonijiet.

L-impenn tal-Gvern f’dan ir-rigward ġej mill-fatt li t-teknoloġija li se tkun qed tintuża fl-estensjoni tal-Power Station, se tkun qed issegwi l-aqwa standards Ewropej, u saћansitra gћandhom jintlaћqu l-livelli tal-Ġermanja, li hija magћrufa gћar-regolamentazzjoni stretta fejn gћandhom x’jaqsmu l-emissjonijiet. It-titjib tal-kwalità tal-arja se jkun possibbli wkoll gћaliex se tintuża l-aqwa teknoloġija li tibdel l-emissjonijiet li jiġu prodotti fi skart li jinqabad u jiġi esportat barra minn Malta.

L-emissjonijiet tal-power stations ta’ Delimara u l-Marsa jistgħu jiġu vverifikati kuljum fuq l-Internet, b’informazzjoni għal kull siegħa u kif dawn l-emissjonijiet jikkumparaw mal-benchmarks stabbiliti mill-Unjoni Ewropea.

Il-Gvern irid li dan ikun proċess trasparenti, għalhekk dawn l-emissjonijiet huma disponibbli elettronikament biex kulħadd jista’ jaċċessahom liberament.

Bl-investimenti fil-Power Station ta’ Delimara u fl-interconnector ma’ Sqallija, pajjiżna se jkollu l-kapaċità meħtieġa biex jipproduċi l-enerġija meħtieġa biex ilaħħaq mat-tkabbir ekonomiku li l-pajjiż jeħtieġ biex jiġġenera aktar postijiet tax-xogħol u titjieb il-kwalita` tal-arja.

Huwa biss b’garanzija ta’ provvista kontinwa ta’ enerġija li pajjiżna jista’ jkompli jattira l-investiment, inkluż dak barrani, u b’hekk joħloq aktar opportunitajiet ta’ xogħol għal ħaddiema Maltin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow