Left arrow Mur Lura

IMĦABBRA R-RIŻULTATI TAL-EWWEL SENA TA’ STUDJU FUQ IR-RIĦ BĦALA PARTI MILL-PROĊESS GĦALL-ISTALLAZZJONI TA’ WIND FARM FUQ IS-SIKKA L-BAJDA.

pr0183
Date Icon 01/02/2011

Waqt konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu ġew imħabbra r-riżultati tal-ewwel sena ta’ studju fuq ir-riħ bħala parti mill-proċess għall-istallazzjoni ta’ wind farm fuq is-Sikka l-Bajda.

L-Ing Dr Tonio Sant mill-Istitut għall-enerġija sostenibbli mill-Università ta’ Malta waqt preżentazzjoni li għamel saħaq li r-riżultati tal-istudji tar-riħ permezz ta’ arblu (wind monitering mast) li ġie nstallat fl-Aħrax tal-Mellieħa, mifruxa fuq is-sena 2010 jidher biċ-ċar li r-riħ li hemm fiż-żona tas-Sikka l-Bajda huwa tajjeb biżejjed biex il-wind farm tiffunzjona.

Nov. 09

Dec. 09

Jan. 10

Feb. 10

Mar. 10

Apr. 10

May 10

Jun. 10

Jul. 10

Aug. 10

Sep. 10

Oct. 10

Average

Aħrax (80 m)

6.41

10.03

9.40

8.98

7.21

6.98

7.80

6.47

4.94

5.17

6.16

6.65

7.18

Nov. 09

Dec. 09

Jan. 10

Feb. 10

Mar. 10

Apr. 10

May 10

Jun. 10

Jul. 10

Aug. 10

Sep. 10

Oct. 10

Average

Aħrax (80 m)

6.41

10.03

9.40

8.98

7.21

6.98

7.80

6.47

4.94

5.17

6.16

6.65

7.18

Bir-riħ li ġie kkalkultat matul is-sena ta’ studju, il-wind farm tas-Sikka l-Bajda matul l-2010 kieku kienet tiġġenera madwar 200GWh ta’ eletriku li hu ekwivalenti għal 10.2% tat-total tal-elettriku li ssupplixiet l-Enemalta fl-istess perijodu. Dan l-elettriku ġġenerat ilaħħaq id-domanda ta’ madwar 40,000 familja.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino saħaq li biex pajjiżna jilħaq il-miri stabbiliti, għandu bżonn jagħmel użu minn renewable energy mix, billi jkunu sfruttati r-riżorsi kollha possibbli bħar-riħ, ix-xemx u l-iskart. Il-Ministru Pullicino fakkar li pajjiżna hu obligat li sas-sena 2020, 10% tal-enerġija li jipproduċi trid tkun ġejja minn sorsi nodfa. B’dan ir-riżultat mill-istudji tar-riħ miksub, il-wind farm tas-Sikka l-Bajda kienet tlaħħaq mat-3.24% mill-mira ta’ 10%.

Dan il-proċess tal-istudji tar-riħ huwa biss parti minn proċess twil li jinkludi wkoll aktar studji ambjentali u ekonomiċi. Il-Gvern hu impenjat biex tkompli tinħoloq l-enerġija nadifa biex ngawdu minn arja aktar nadifa. Għalhekk il-Gvern qed jieħu numru ta’ inizjattivi f’dan ir-rigward fejn fost l-oħrajn:

  • infetaħ il-kumpless ambjentali ta’ Sant’Antnin biex mill-iskart niġġeneraw enerġija nadifa,
  • daħlet fis-seħħ sistema ta’ reġistrazzjoni tal-karozzi li biha ninċentivaw il-karozzi aktar ġodda, iżgħar, li jaħlu anqas u jniġġsu anqas,
  • minn Lulju li ġej tidħol fis-seħħ ir-riforma fit-trasport pubbliku,
  • tqassmu aktar minn miljun bozza energy saving lil 130,000 familja,
  • 6,700 familja f’Malta u Għawdex f’dawn l-aħħar sentejn investew f’apparat li jiġġenera enerġija nadifa mix-xemx, permezz ta’ solar water heaters u  panelli fotovoltajiċi,
  • se jsir interconnector mal-Italja

Il-proġett tal-wind farms huwa għalhekk ħolqa minn kullana ta’ inizjattivi oħra, biex pajjiżna jkollna aktar arja u enerġija nadifa biex ilkoll ingawdu minn livell ta’ saħħa u ambjent aħjar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow