IL-VIĊI PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN TONIO BORG F’KUNTATT TELEFONIKU MAL-MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN TUNEŻIN AHMED OUNEIES
F’telefonata li saret bejn il-Ministru Tonio Borg u l-Ministru l-ġdid Tuneżin tal-Affarijiet Barranin Ahmed Ouneies, il-Ministru Borg wiegħed l-appoġġ ta’ Malta fil-mixja tat-Tuneżija lejn l-istabbiltà politika, kif ukoll tenna l-ħbiberija tradizzjonali u sinċiera bejn il-popli taż-żewġ pajjiżi. Huwa wiegħed ukoll appoġġ għall-aspirazzjonijiet tal-poplu Tuneżin, u għal relazzjoni iktar mill-qrib bejn it-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru Tuneżin wera l-apprezzament kbir tiegħu għal din l-istqarrija tal-Ministru Malti u stieden lill-Ministru Borg sabiex iżur it-Tuneżija mal-ewwel opportunità.
Minn naħa tiegħu, il-Ministru Borg wera x-xewqa li t-Tuneżija tkun rappreżentata fl-ogħla livell fis-Summit tal-5+5 tal-Mediterran tal-Punent fuq livell ta’ kap tal-Gvern li għandu jsir f’Malta fl-ewwel nofs ta’ din is-sena.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003