JIBDA X-XOGĦOL BI TĦEJJIJA GĦALL-PROĠETT TAL-LIFT TAL-BARRAKKA
Il-Korporazzjoni għar-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC) bħalissa għaddejja bit-twaqqiegħ ta’ dak li jissejjaħ is-Cypher Building, jew li hu magħruf bħala l-bini tal-NSO.
Dan it-twaqqiegħ hu parti mill-proġett tal-Lift tal-Barrakka. B’hekk meta jitwaqqa’ l-bini u ssir il-manutenzjoni meħtieġa tat-taraġ (tar-rampa jew passaġġ) li hemm taħtu, l-aċċess miċ-ċentru tal-Belt lejn il-Port ikun miftuħ. Dan ifisser li se jkun hemm aċċess dirett mill-Port il-Kbir u x-Xatt ta’ Lascaris għall-Ġnien fil-Foss ta’ taħt Bieb il-Belt, b’aċċess ukoll għall-qalba tal-Belt.
Il-permess tal-MEPA biex dan il-bini jkun jista’ jitwaqqa’ ħareġ nhar il-Ġimgħa li għadda.
Dan il-bini nbena fit-tieni nofs tas-seklu għoxrin (madwar l-1950). It-tneħħija tal-bini se twassal għal viżibbiltà aħjar tal-Port kif ukoll l-estetika tas-swar tkun kompluta u mingħajr xkiel ta’ bini li ma fih l-ebda sinifikat arkitettoniku jew storiku.
Sadanittant, il-GHRC qed tevalwa l-offerti li rċeviet għall-iżvilupp tal-lift.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003