Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU TONIO BORG JINTERVJENI FUQ L-EĠITTU FIL-KUNSILL TAL-MINISTRI

pr0176
Date Icon 31/01/2011

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, Tonio Borg, fl-intervent tiegħu fil-Kunsill tal-Ministri awgura li t-tibdil li qed jintalab fl-Eġittu lejn iktar libertà u demokrazija isiru fl-ordni u bil-parteċipazzjoni tal-akbar numru ta’ mexxejja politiċi.

L-Ewropa m’għandiex tinjora dak li qed jiġri fl-Eġittu. Fl-istess ħin, m’għandiex tieħu attitudni paternalistika lejn l-Eġittu u l-poplu tiegħu. Il-mixja lejn id-demokrazija mhix faċli u l-Ewropa tista’ tgħin f’dan il-qasam mingħajr impożizzjoni ta’ mudell li jkun bil-fors fi xbieha ta’ mudell partikolari.

Il-Kunsill tal-Ministri ħeġġeġ lill-awtoritajiet Eġizzjani sabiex jibdew tranżizzjoni ordinata permezz ta’ gvern b’bażi politika wiesa’ li jwassal għal proċess ġenwin ta’ riforma demokratika ta’ sustanza b’rispett sħiħ lejn is-saltna tad-dritt u drittijiet tal-bniedem, li jwasslu għal elezzjonijiet ħielsa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow