Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr0172
Date Icon 30/01/2011

Standard & Poor’s juru li l-argumenti tal-Kap tal-Oppożizzjoni huma żbaljati – Jerġa’ jirrepeti l-istess żball dwar il-Mekkaniżmu ta’ Stabbilità Permanenti

Standard & Poor’s ikkonfermaw li l-argumenti tal-Kap tal-Oppożizzjoni huma żbaljati.  Dak li qed jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni li l-EneMalta għandha tinjora kompletament iż-żieda fil-prezz internazzjonali taż-żejt u tinjora l-investiment li għamlet fil-passat, iwassal biex jerġa' jitnaqqas il-credit rating.  Standard & Poor’s urew li l-argumenti tal-Kap tal-Oppozizzjoni huma zbaljati u jagħmlu ħsara lil pajjiżna.

Ir-raġuni prinċipali għat-tnaqqis tar-rating, skont l-istess Standard and Poor’s, hi li fil-passat, it-tariffi tal-Enemalta ma kinux jirriflettu l-ispejjeż reali tal-Enemalta għall-ġenerazzjoni tal-enerġija.  It-tariffi ma kinux jirriflettu ż-żiediet fil-prezz taż-żejt, li huwa l-materja prima biex jiġi ġenerat l-elettriku. Minkejja s-sussidji diretti tal-Gvern lill-Enemalta, dawn ma kinux biżżejjed biex ikopru iż-żieda ogħla fil-fuel f'dawn l-aħħar snin.

Standard and Poor’s, fir-rapport tagħhom jgħidu li l-istrutturi tat-tariffi fil-passat ma' kinux jirriflettu l-invesitment kapitali li sar fis-snin preċedenti. Kien għalhekk illi wara diskussjonijiet intensivi mal-MRA intlaħaq ftehim fuq struttura ta’ kif jinħaddmu it-tariffi li jinkorpora l-ispejjeż relatati mal-produzzjoni tal-elettriku u l-investiment (dak li jissejjaћ l-ROCE jew Return on Capital Employed). Dan hu meħtieġ biex il-Korporazzjoni tirkupra fuq numru ta' snin l-investiment li jkun sar. 

Għalhekk l-argumenti tal-Kap tal-Oppożizzjoni huma żbaljati.

Dwar il-Mekkaniżmu ta’ Stabbilità Finanzjarja, il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jagћżel li jibqa’ jirrepeti dak li mhux minnu u li diġà kien miċћud aktar minn darba.

Id-diskussjonijiet dwar il-Mekkaniżmu ta’ Stabbilità fuq livell Ewropew gћadhom gћaddejjin u l-Mekkaniżmu gћadu lanqas biss ġie stabbilit u gћalhekk il-premessa kollha tal-argument tal-Kap tal-Oppożizzjoni hija żbaljata.   L-impenn tal-Gvern jibqa’ dejjem li b’ghaqal u b’argumenti serji mibnija fuq il-fatti jġib l-aqwa kundizzjonijiet gћall-pajjiżna, bћal ma kien il-każ  meta Malta mmegozjat biex ma ddahhalx VAT fuq l-ikel u l-mediċini, gћall-kuntrarju ta’ dak li kellhom jagћmlu Stati Membri oћra tal-Unjoni Ewropea.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow