IL-VIĊI PRIM MINISTRU DR. TONIO BORG FI ŻJARA QASIRA FL-ALBANIJA
Il-Viċi Priministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg temm żjara f Tirana l-Albanija fejn iffirma żewġ ftehim wieħed dwar promozzjoni u ħarsien ta’ investiment u ieħor dwar protokoll għal riamissjoni ta‘ persuni li jkunu qed jirresjedu illegalment fiż-żewġ pajjiżi.
Matul din iż-żjara huwa iltaqa’ mal-President tar-Repubblika Bamir Topi, mal-Prim Ministru Sali Berisha, mal-Ispeaker tal-Parlament Jozefina Topalli, u mal-Ministru Affarijiet Barranin Edmond Haxhinasto. Matul dawn il-laqgħat ġie deċiż li jibdew negozjati sabiex tiżdied il-ko-operazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi dwar turiżmu, edukazzjoni kif ukoll fil-qasam internazzjonali u kuntatti bejn l-iskejjel tad-diplomatici fiż-żewġ pajjiżi.
In vista tas-sitwazzjoni partikolari ta’ tensjoni poltika li għaddejja minnha l-Alabania , il Minsitru Tonio Borg irrefera għall-appell li għamlet ir-Rapprezentant Għoli tal-UE Lady Catherine Ashton sabiex jissaħħaħ id-djalogu politiku bejn il-partiti fl-Albanija u illi ma jistax isir tibdil b’ mezzi vjolenti u li għandha ssir investigazzjoni xierqa dwar l-inċidenti li graw.
Il-Ministru Borg kellu ukoll laqgħa mal-Isqof Gorg Frendo flimkien ma’ membri tal-komunita Maltija li kienu jinkludu rappresentanti tal- MUSEUM minn Korcia u Durres.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003