ŻIEDA FIT-TWELID TA’ PREMATURE BABIES. INVESTIGAZZJONI DWAR IMWIET TA’ ZEWGT ITRABI
Fl-aħħar ġimgħat f’pajjiżna kien hawn żieda abnormali ta’ pre-mature multiple births, li wassal biex jiżdiedu t-trabi fl-NPICU fl-Isptar Mater Dei. It-trabi kollha ingħataw u qed jingħataw il-kura meħtieġa. L-awtoritajiet tas-saħħa ħadu l-passi kollha meħtieġa biex iżidu r-riżorsi, l-istaff, l-inkubaturi u t-tagħmir mediku ieħor minħabba din iż-żieda ta’ pre-mature multiple births.
Dwar l-infezzjoni li saret referenza għaliha dal-ghodu, din ġiet żviluppata minn omm waqt li kienet qed twelled triplets u għaddhietha lil-tarbija taghha b’konsegwenza fatali.L-awtoritajiet tas-sahha kienu nfurmati bil-kaz u minnufih hadu azzjoni u ordnaw investigazzjoni fuq l-operat tal-NPICU.
Billi l-investigazzjoni ghada mhix konkluza jkun prematur li jingibdu konkluzjonijiet f'dan il-mument specjalment fir-rigward tat-tieni mewt. L-investigazzjoni waslet fi stadju avvanzat u l-awtoritajiet se jiehdu l-azzjonijiet bhala konsegwenza ta’ din l-investigazzjoni.
Il-Ministeru tas-Saħħa jserraħ moħħ il-pubbliku li t-trabi qed jingħataw kura mill-aqwa u ma hemm l-ebda lok ta’ allarm.Il-Gvern diġa għamilha ċara li jrid li l-IVF jigi regolat. L-abbozz ta’ liġi dwar dan il-qasam tant sensittiv u delikat jinsab fl-aħħar stadju tad-diskussjoni qabel ma jigi pubblikat fil-gimgħat li ġejjin biex ikun jista’ jitressaq quddiem il-Parlament.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003