STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT BI TWEĠIBA GĦALL-ISTQARRIJA TA’ DR LUCIANO BUSUTTIL, KELLIEM TAL-OPPOŻIZZJONI GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ
Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jirrispondi gћall-istqarrija tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni Luciano Busuttil, ippubblikata fis-26 Jannar. Din l-istqarrija tirrepeti l-iżball li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni, l-Ħadd li għadda, meta tkellem dwar it-twaqqif ta’ Mekkaniżmu ta’ Stabbilità Finanzjarja Permanenti gћaż-Żona tal-Ewro.
F’din l-istqarrija l-Partit Laburista jgħid li “Il-Gvern naqas milli jiddefendi l-interess nazzjonali fil-Kunsill Ewropew u d-decizjoni li ttieħdet dwar it-Twaqqif ta’ Fond ta’ Stabbiltà Finanzjara Permanenti tal-UE tiżvantaġġja pajjiż żgħir bħal Malta’. Din id-dikjarazzjoni hija żbaljata.
Filfatt, id-diskussjonijiet dwar il-Mekkaniżmu ta’ Stabbilità gћadhom fil-fażi inizjali u l-Mekkaniżmu gћadu lanqas biss ġie stabbilit u gћalhekk il-premessa kollha li fuqha qed tibni l-argument tagħha l-Oppożizzjoni hija żbaljata. Aktar minn hekk, l-istess Oppożizzjoni kienet qablet mal-Mekkaniżmu temporanju, li kien imfassal fuq l-istess prinċipji, u vvutat favurih fil-Parlament.
Il-Gvern jenfasizza li l-ħidma tiegħu se tibqa’ intiża biex Malta ma tiġi bżonn qatt li tingћata gћajnuna minn dan il-fond, gћaliex dan ikun ifisser li pajjiżna jkun wasal f’sitwazzjoni ta’ falliment finanzjarju b’riperkussjonijiet kbar fuq l-impjiegi u l-kwalità tal-ћajja f’pajjiżna.
Il-Kummissjoni Ewropeja stess ikkonfermat li Malta tinsab fit-triq it-tajba u dan qalitu f’rapport dwar il-qagħda finanzjarja ppubblikat matul il-ġimgħa li għaddiet. Fih hija faћћret lil Malta gћall-miżuri li ћadet biex jitnaqqas id-defiċit u li fiha waqqfet il-proċeduri kontra Malta fir-rigward ta’ defiċit eċċessiv.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003