STQARRIJA TAL-AĠENT DIRETTUR TAL-FAĊILITÀ KORRETTIVA TA’ KORDIN
pr0138
26/01/2011
Dalgħodu fit-7.50 am priġunier ta’ 29 sena instab mejjet mimdud u mgħotti fuq is-sodda fiċ-ċella tiegħu. Huwa kien iċċertifikat mejjet minn tabib taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid.
Il-qraba tiegħu ġew infurmati.
Il-Pulizija ġiet infurmata bil-każ peress li l-kawża tal-mewt tal-priġunier għadha mhix magħrufa. Il-Maġistrat tal-Għassa, Dr. Gabriella Vella LL.D qed tmexxi inkjesta u ħatret numru ta’ esperti biex jassituha.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003