Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT DWAR IL-KONKLUŻJONIJIET TA’ STANDARD AND POOR’S FUQ IL-KORPORAZZJONI ENEMALTA

pr0135
Date Icon 25/01/2011

Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jinnota l-konklużjonijiet tal-aġenzija tal-credit rating Standard and Poor’s li tniżżel il-grading tal-Korporazzjoni Enemalta b’livell wieħed, għal B-.

Fost ir-raġunijiet prinċipali msemmija mill-aġenzija, din tindika n-nuqqas u għalhekk il-ħtieġa ta’ arranġamenti aktar b’saħħithom, fir-rigward tal-istabbilità finanzjarja tal-kumpanija.

Ir-raġuni prinċipali li rriżultat f’din is-sitwazzjoni, skont Standard and Poor’s, kien li fil-passat, it-tariffi tal-Enemalta ma kienux jirriflettu l-varjazzjonijiet li kien hemm fit-tibdil tal-ispejjez tal-Enemalta għall-ġenerazzjoni tal-enerġija, inkluż iż-żiediet kolla fil-prezz taż-żejt, li minkejja s-sussidji diretti tal-Gvern ma kienux biżżejjed biex ikopru iż-żieda ogħla fil-fuel f'dawn l-aħħar snin.

Nuqqas importanti, u li jirreferu għalih Standards and Poor’s, hu l-fatt li l-istrutturi tat-tariffi fil-passat ma' kienux jirriflettu l-invesitment kapitali li sar fis-snin preċedenti.

Għaldaqstant, l-Enemalta spiċċat tirreġistra telf kbir, li ssarraf f’dejn akbar għall-Korporazzjoni, li ma kienx sostenibbli. Din il-problema ġiet indirizzata bit-tibdil fil-metodu ta’ kif jinħadmu t-tariffi billi llum it-tariffi huma maħduma fuq formola stabbilita u approvata mill-Awtorità Maltija għar-Riżorsi, u li tinkorpora l-ispejjeż relatati mal-produzzjoni tal-elettriku u l-hekk imsejjaħ ROCE (Return on Capital Employed) li hu meħtieġ biex il-Korporazzjoni tirkupra fuq numru ta' snin l-investiment li jkun sar.

Kif kien ħabbar il-Ministru fil-Parlament, il-Korporazzjoni Enemalta qiegħda taħdem fuq pjan fit-tul għar-rifinanzjament tad-djun tagħha.  Il-ħsieb wara dan il-pjan huwa li jpoġġi lill-Enemalta fuq sisien finanzjarji aktar sodi u sostenibbli, u b'hekk tkun tista’ tkompli taqdi l-funzjoni tagħha li hija tant vitali għall-ekonomija tal-pajjiż. 

Kif ġie nnutat mill-istess rapport, ħafna mix-xogħol għal dan il-pjan twettaq u l-ħsieb tal-Gvern hu li fil-futur qrib jgħaddi għat-twettieq ta’ dan il-pjan.

Fl-istess waqt, il-Korporazzjoni waslet sabiex taġġorna u tkun regolari fl-irrapportar finanzjarju tagħha. Dan għandu jgħin is-sostenibbilità finanzjarja tal-Enemalta.  Il-Gvern kommess li jkompli jaħdem biex itejjeb l-effiċjenza tal-Korporazzjoni u jnaqqas l-infiq għal dak li huwa essenzjalment bżonnjuż sabiex ikun f’pożizzjoni li jnaqqas il-piżijiet li mhumiex bżonnjużi.

L-istess waqt, ir-rapport ta’ Standard and Poor’s juri kemm il-proposti tal-Oppożizzjoni li jitnaqqas ir-ROCE mill-kontijiet, liema ammont jirrappreżenta l-irkupru fuq l-investiment, iwassal biss għal diffikultajiet kbar għall-istess korporazzjoni li jinkludi diffikultajiet akbar biex tiffinanzja l-investiment fl-estensjoni tal-Power Station u l-Interconnector għall-Sqallija tant meħtieġa għall-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż.

Il-Gvern se jibqa’ jagħmel minn kollox sabiex jagħti s-sostenn meħtieġ lill-Korporazzjoni sabiex tkompli ttejjeb l-operat tagħha u tikkonsolida l-qagħda finanzjarja tagħha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow