STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT DWAR IL-MEKKANIZMU TA’ STABBILITA’ FINANZJARJA PERMANENTI
Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jirreferi gћall-kummenti li saru mill-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat kif ukoll fuq il-ġurnal it-Torċa dwar it-twaqqif ta’ Mekkaniżmu ta’ Stabbilità Finanzjarja Permanenti gћaż-żona tal-ewro.
Id-diskussjonijiet dwar il-Mekkaniżmu ta’ Stabbilità gћadhom ma ntemmux u l-Mekkaniżmu gћadu lanqas biss ġie stabbilit u gћalhekk il-premessa kollha tal-argument tal-Kap tal-Oppożizzjoni hija żbaljata. Aktar minn hekk, l-istess Oppożizzjoni kienet qablet mal-Mekkaniżmu temporanju, li kien imfassal fuq l-istess prinċipji, u vvutat favurih fil-Parlament.
Il-Gvern jesprimi l-impenn u t-tama tiegћu li Malta ma tiġi bżonn qatt li tingћata gћajnuna minn dan il-fond, gћaliex dan ikun ifisser li pajjiżna jkun wasal f’sitwazzjoni ta’ falliment finanzjarju b’riperkussjonijiet kbar fuq l-impjiegi u l-kwalità tal-ћajja f’pajjiżna.
Gћall-kuntrarju, l-ewwel priorità tal-Gvern tibqa’ dik li tkun imћarsa l-istabbilita' u s-sostenibbilta' ekonomika u finanzjarja tal-pajjiz. Fuq dan, pajjiżna jinsab mixi fit-triq it-tajba, kif ikkonferma rapport ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea dil-ġimgћa, fejn faћћret lil Malta gћall-miżuri li ћadet biex jitnaqqas id-defiċit u li fiha waqqfet il-proċeduri kontra Malta fir-rigward ta’ defiċit eċċessiv.
Finalment, l-Oppożizzjoni qed turi ruћha insensittiva gћall-impatt li kriżi kbira oћra f’xi pajjiż Ewropew jista’ jkollha fuq l-istabbilità finanzjarja u ekonomika Ewropea, u l-impatt negattiv ta’ dan fuq pajjiżna. Malta wkoll tgawdi minn stabbilità akbar fil-pajjiżi taż-żona tal-ewro.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003