Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr0126
Date Icon 23/01/2011

Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment jesprimi d-diżappunt tiegħu għad-diskors partiġġjan u nġust dwar l-AirMalta li sar mill-kelliema  għat-turiżmu ta’ l-Oppożizzjoni, Marie Louise Coleiro.   Dak it-tip ta’ diskors aggressiv mhu fl-interess ta’ ħadd f’dan il-mument sensittiv għal din il-kumpanija.

Il-Gvern qiegħed jimxi b’mod mill-aktar miftuħ dwar l-AirMalta permezz ta’ Restructuring Committee li fih hemm involuti l-istakeholders kollha u l-Oppożizzjoni.

Il-Gvern qabbad esperti indipendenti biex jagħmlu evalwazzjoni estensiva tal-azjenda u dawn qed jħejju l-proposti għar-ristruturar. Fir-Restructuring Committee il-Gvern jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li qed isir, u x'jeħtieġ isir biex pajjiżna jkollu linja nazzjonali tal-ajru li tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-ġid ekonomiku, kummerċjali u turistiku ta’ pajjiżna.

Minkejja li l-Oppożizzjoni taf sew b’dak li qed isir, bl-aktar mod żbaljat tassumi li jista’ jitfassal pjan mil-lum għal għada mingħajr ma jsir ix-xogħol estensiv ta' analiżi u riċerka.  Dan ix-xogħol ma jsirx b’laqgħat biss imma b'analiżi dettaljata tal-operazzjoni, l-istrateġiji, il-finanzjament u l-aspetti kollha relatati, biex il-pjan propost mill-esperti jkun studjat, fattwali u realistiku biex dak li jkun propost jilħaq l-għanijiet aħħarija.  Din il-ħidma baqgħet għaddejja inkluż matul il-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena għalhekk dak li qalet Marie Louise Coleiro hu kompletament żbaljat.

Quddiem is-sensittività tal-proċess, il-Gvern kien jistenna aktar prudenza mill-Oppożizzjoni, li hi membru tar-Restructuring Committee.  Madanakollu, id-diskors tad-Deputat Laburista Marie Louise Coleiro jkompli mal-konfuzjoni interna li kien hemm fil-Partit Laburista dwar min kellu jkun il-membru u min kellu jkun is-sostitut f’dan il-kumitat. 

Bl-attakk li qed tagħmel il-kelliem tal-Oppożizzjoni għat-turizmu Marie Louise Coleiro,  fuq l-ħidma tal-kumitat juri biċ-ċar li l-Oppożizzjoni mhux kapaċi tpoġġi l-interessi nazzjonali qabel dawk partiġġjani.

Il-Gvern jistieden lill-Oppożizzjoni tagħraf tagħmel differenza bejn l-interessi dojoq partiġġjani u l-interess nazzjonali.  Dalgħodu l-Oppożizzjoni għazlet li terġa’ tpoġġi l-interessi partiġġjani qabel dawk nazzjonali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow