STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAT-TURIŻMU, L-AMBJENT U L-KULTURA
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali u s-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, jirreferu għall-artikli fil-media b’rabta mad-deċiżjoni tal-Qorti mogħtija l-Ħamis 20 ta’ Jannar fir-rikors numru 5/2006 tal-Kunsill Lokali Marsaskala.
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali u s-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, ħarġu stqarrija numru 107 maħruġa nhar il-Ħamis 20 ta’ Jannar u li fiż-żewġ artikli pubblikati ma saret l-ebda referenza għaliha.
Għalhekk infakkru li l-Ministeru u s-Segretarjat Parlamentari nnutaw li l-Qorti indikat li l-każ għandu jinstema quddiem il-Planning and Review Tribunal. Il-Gvern ifakkar li bit-tibdil fil-liġi tal-MEPA, dan il-każ se jkompli jinstema mill-Planning and Review Tribunal.
Il-Ministeru u s-Segretarjat Parlamentari jtennu li l-Gvern mexa mal-provvedimenti tal-liġi li kienu jispeċifikaw li tali appelli kellhom jinstemgħu mill-Planning Appeals Board, li ukoll kien ġie appuntat skond kif kienet tgħid il-liġi. Għaldaqstant il-Gvern mexa mal-provvedimenti legali.
Il-Ministeru u s-Segretarjat Parlamentari ifakkaru li s-sentenza mogħtija il-Ħamis 20 ta’ Jannar mhijiex waħda fuq il-mertu tal-applikazzjoni nfisha, imma tirrigwarda l-proċedura adottata u jekk il-Bord tal-Appell kif kostitwit bil-liġi setgħax jisma’ dan il-każ.
Fl-aħħarnett il-Ministeru u s-Segretarjat Parlamentari jirriaffermaw li, kif dikjarat f’numru ta’ okkażjonijiet, fil-proċess kollu ghall-permess tal-immodernizzar tal-impjant għar- riċiklaġġ ta’ Sant’Antnin, il-Gvern osserva r-regoli Ewropej u Nazzjonali. Dan kien ikkonfermat b’deċiżjonijiet separati tal-Kummissjoni Ewropea kif ukoll tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Effettivament is-sentenza mogħtija mill-Qorti, il-Ħamis li għadda, ma tpoġġix dan fid-dubju.
Il-Kumpless ambjentali ta’ Sant’Antnin sar biex;
• tiżdiet is-separazzjoni tal-iskart f’pajjiżna;
• l-iskart ikun sfruttata bħala riżorsa u b’hekk parti mill-iskart jiġi esportat għar-riċiklaġġ;
• parti oħra mill-iskart isir il-kompost minnu;
• mill-iskart nipproduċu l-elettriku;
• b’anqas u skart u b’anqas użu ta’ fuel intejbu l-ambjent ta’ pajjiżna, titjieb il-kwalita’ tal-arja u ngawdu saħħa aħjar.
Il-Gvern f’dan l-istadju qed jieħu l-pariri legali jekk għandux isir appell minn din is-sentenza.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003