IMNIEDI L-PROĊESS TA’ AĠĠORNAMENT TAL-POLITIKA NAZZJONALI TAL-ISPORT
Suċċessi li jagħtuna sodisfazzjon u li juruna t-triq il-quddiem – Clyde Puli
Matul l-2010 l-KMS irreġistrat 295 għaqda sportiva, żieda ta’ aktar minn 100 għaqda sportiva fuq l-2008. l-għaqdiet sportivi qed jibbenefikaw minn 5.5 miljun ewro; infetħu l-Open Air Fitness Centre u 16-il pitch tal-football b’wiċċ sintetiku ġdid; tkompliet il-firxa tal-programmi sportivi fost id-diversi setturi tas-soċjeta tagħna u issa qed nilħqu eluf ta’ tfal u żgħażagħ, u permezz tal-iskema ta’ Turiżmu Sportiv, kważi irdoppjaw l-bednights li ġew lejn pajjiżna.
Dawn il-miljiet kienu elenkati mill-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport meta kien qed jitkellem waqt Business Breakfast mal-Għaqdiet Sportivi Nazzjonali.
Waqt dan il-business breakfast is-Segretarju Parlamentari qassam wkoll l-assistenza finanzjarja lill-Għaqdiet Sportivi u tnieda wkoll l-proċess biex tiġi aġġornata l-Politika Nazzjonali tal-Isport li għandha twassalna sas-sena 2020.
Fil-fatt is-Segretarju Parlamentari ħabbar il-kumitat immexxi minn Pippo Psaila li se jkun qed jevalwa din il-politika u wara diskussjoni ħajja u b’moħħ miftuħ, jfassal l-ewwel abbozz ta’ din il-politika. Dan l-abbozz imbagħad jgħaddi għad-diskussjoni għand l-Għaqdiet Sportivi Nazzjonali biex huma wkoll jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ din il-Politika.
Fid-diskors tiegħu s-Segretarju Parlamentari spjega kif i l-Gvern permezz tal-KMS kompla bil-firxa ta’ programmi sportivi għall-faxxex ta’ nies differenti fis-soċjeta’ tagħna mit-tfal sal-anzjani.
Fid-diskors tiegħu l-Onor. Puli sostna kif din is-sena ġew imnedija 12-il programm ġdid fl-iskejjel, qabel, waqt u wara l-ħinijiet tal-iskola bi programmi speċalizzati fosthom Festivals u Tournaments għall-iskejjel kollha; Fundamental Basic Sport Skills; College Based Sports Activities; Outdoor u Adventure Activities u l-programm Sports Fun. Fil-fatt is-sena li għaddiet kienet sena oħra record għall-programmi tal-isport fl-iskejjel. Dan għaliex, barra miż-żieda fil-programmi, l-ammont ta’ partecipanti qabeż l-20,000 persuna.
Aktar minn hekk l-Gvern kompla jaħdem biex jiżdiedu wkoll l-programmi sportivi offruti billi frixna aħjar l-iskema tal-isports fil-Kunsilli Lokali. Din is-sena hemm 30 Kunsill Lokali li qed jippartecipa f’dan il-programm.
Sabiex jissaħħu wkoll l-għaqdiet sportivi nazzjonali kompla jżid is-Segretarju Parlamentari, l-KMS jamministra diversi skemi u assistenzi li minnhom jistgħu jibbenefikaw l-isportivi Maltin.
L-Onor Puli sostna li l-Gvern pernmezz tal-Ministeri responsabbli mill-isport u mill-Finnazi qed joffru xejn anqas minn 25 skema ta’assistenza lill-ghaqdiet sportivi. Hu żied li matul l-2010 l-għaqdiet sportivi registrati mall-KMS gawdew minn aktar minn 5 miljun ewro f’assistenza diretta u indiretta.
Għad-dilettanti tal-motorsport kompla l-Onor. Puli kien mndeija żewġ skemi ġodda: Skema ghall-vetturi klassici u Skema ta’ vetturi sportivi;
Is-Segretarju Parlamentari saħaq li fil-baġit għal din is-sena l-Gvern nieda skema għal xiri ta’ apparat sportiv filwaqt li ġedded l-iskema ta’ rifużjoni fuq xiri ta’ roti.
Dwar il-faċilitajiet sportivi amministrati mill-KMS, is-Segretarju Parlamentari sostna li s-sena li ghaddiet sar investiment fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera li saħansitra ingħata ċertifikat mill-UEFA li fih jistgħu isiru logħob internazzjonali tal-Futsal. Sar immodernizzar tal-kumpless Sportiv tal-Qroqq u infetaħ l-Outdoor Gym & Fitness Centre f’Ta’ Qali, li qed jitgawda bla ħlas mill-familji.
Hu żied li biex inqarrbu l-isport u l-attivita’ fiżika aktar lejn in-nies qed jinfetħu ukoll il-faċilitajiet sportivi tal-iskejjel għall-għaqdiet sportivi u għall-pubbliku in ġenerali wara l-ħinijiet tal-iskola.
Sabiex tissaħħaħ il-vizjoni tal-Gvern f’dan il-qasam qed l-iskema ta’ Turizmu Sportiv u l-Iskema ta’ Turizmu Sportiv għal Għawdex bil-għan li tiġi żviluppata niċċa ta’ turiżmu sportiv sostna l-Onor Puli, filwaqt li qal li l-din l-iskema tant kienet suċċess li mhux biss kienet irdoppjata l-assistenza mill-Gvern imma irduppjduppjaw il-bedinghts. Hu semma kif fl-2010 bl-iskema ta’ turiżmu sportiv 36 għaqda sportiva attiraw lejn pajjizna l-fuq min 40,000 bednight li ġġeneraw fl-ekonomija Maltija 2.2miljun ewro. Minn naħa l-oħra l-iskema ta’ Turizmu Sportiv f’Għawdex attirat lejn Għawdex żewġ avvenimenti internazzjonali.
Is-Segretarju Parlamentari kkonkluda li dan hu kollu xogħol li qed isir biex il-poplu Malti u Għawdxi kollu jkollu faċilitajiet sportivi state of the art flimkien ma’ programmi sportivi għal kulħadd, sabiex titrawwam kultura sportiva.
Sports Policy Review Committee
Pippo Psaila (Chairperson)
Direttur Maniġerjali ta’ kumpanija privata. Bejn l-1991 u l-1993 kien il-coach tal-football tat-tim Nazzjonali Malti. Kien jokkupa l-kariga ta’ Direttur Sportiv tal-Kumitat Olimpiku Malti. Hu involut wkoll fl-isport ekwestriju.
Dr Andrew Azzopardi
Lecturer l-Universita’ ta’ Malta fi ħdan id-Dipartiment tal-istudju taz zgha u l kominuta fi hdan il-Fakulta Edukazzjoni Youth and Community Studies. kien qiegħed jikkoordina Masters dwar l-Edukazzjoni Inklussiva u Komunitajiet. Hu speċjalizzat fl-inklużżjoni soċjali u jippreżenta programm ta’ġrajjiet kurrenti.
Mario Bonello
Perit. Beda ilu jipparteċipa f'kompetizzjonijiet Internazzjonali f'atletika sa mill-1989. Ħa sehem fil-Logħob Olimpiku, fil-kampjonati mondjali u fil-kampjonati ewropej tal-atletika. Ħa sehem f'9 edizzjonijiet tal-Loghob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, fejn rebaħ 18-il midalja u 2 midalji tad-deheb fil-Kampjonati Ewropej u fil-Kampjonati Mondjali Masters f'2009 u 2010. Ġie magħżul l-Isportiv Nazjonali fl-1999 u din is-sena qiegħed finalist f'dan il-konkors. Huwa wkoll coach u lecturer tal-IAAF, Head Coach Nazzjonali tal-isprints u hurdles u jikkowċja atleti nazzjonali. Huwa ko-fundatur ta' grupp ta' atletika ġewwa Għawdex u membru tal-Kummissjoni tal-atleti fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti.
Anna Calleja
Għalliema u Speċjalista tal-Isport tal-persuni b’diżabbilta’ u Direttur Nazzjonali tal-iSpecial Olympics Malta.
Dr John Consiglio
Lecturer fl-Universita’ ta’ Malta f’diversi dipartimenti fosthom fl-Istitute for Physical Education and Sport u jispeċjalizza fl-Ekonmija u l-Isport. Ħadem ma’ diversi kumpaniji kbar fil-qasam finanzjarju.
Dr Carmel Cascun
Avukat u jaħdem bħala Direttur ta’ kumpanija fil-qasam tal-assikurazzjoni u Segretarju Ġenerali tal-Malta Shooting Sport Federation. Hu visiting lecturer fl-Universita’ ta’ Malta fil-qasam tal-Assikurazzjoni.
Joe Cassar
Għalliem tal-Edukazzjoni Fiżika u jokkupa l-kariga ta’ Seġretaju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti u għandu esperjenza twila fil-qasam sportiv..
Andrew Decelis
Lecturer fl-Universita’ ta’ Malta u Direttur tal-Institute for Physical Education and Sport. Bħalissa qiegħed jagħmel Dottorat fl-attività fiżika u l-obeżità fl-adoloxxenti Maltin mal-Università ta’ Bristol. Serva fil-bord tal-KMS għal sitt snin u kien f’diversi kummisjonijiet tal-KMS.
Mariella Dimech
Ħadmet fil-qasam organizzativ u psikoloġiku għall-aktar minn 25 sena. Hi psikoterapista u għandha esperjenza maniġerjali, u fit-twaqqif u l-ko-ordinazzjoni ta’ organizzazzjonijiet kemm fuq livell kliniku u organizzazzjonali. Hi tispeċjalizza fl-empowerment ta’ persuni bi bżonnijiet differenti billi ttejjeb il-ħajja tagħhom u l-mod kif iħossu, jaħsbu u jaġixxu.
Dr Peter Fenech
Avukat u visiting lecturer fl-Universita’ ta’ Malta. Hu fassal għadd ta’ abbozzi ta’ liġijiet fosthom l-Liġi tal-Isport u r-Regolazzjoni kontra d-Doping, li hi konformi ma’ dik tal-WADA. Hu serva bħala Viċi-President tal-MFA.
Bertie Muscat
Qiegħed jokkupa l-kariga ta’ Deputat Chairman tal-KMS. Kien jilgħab il-waterpolo fuq livell nazzjonali u rrapreżenta lill-Malta f’kompetizzjonijiet tal-għawm internazzjonalment. Bejn l-1990 u l-2004 kien Segretarju tal-Kumitat Ewropew tal-Waterpolo. Hu kien ukoll membru fundatur u Segretarju tal-Kumitat Eżekuttiv tal-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar. Kien ukoll President u Segretarju Ġenerali tal-ASA ta’ Malta u għal diversi snin serva f’għadd ta’ kariġi fil-KOM.
Gino Schiavone
Lecturer fl-Isports Leisure and Tourism fl-ITS u membru tal-EU Affairs Board tal-European Health and Fitness Association. Lokalment hu wkoll il-President tal-malta exercise Health and Fitness Association. Hu jagħmel parti wkoll mill-EOSE u hu l-Ambaxxatur Sportiv Nazzjonali għall-proġett LLL Sport.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003