STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, XOGĦOL U L-FAMILJA - Il-Ministeru tal-Edukazzjoni jiċħad rapport fl-“Orizzont”
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja jiċħad kategorikament li ma tax tweġiba lill-ġurnal ‘l-Orizzont’ għall-mistoqsijiet dwar allegati “kuntratti prekarji tas-sigurtà”, kif irrapporta l-istess ġurnal fil-ħarġa ta’ dalgħodu.
Fil-fatt il-Ministeru bagħat ir-risposti tiegħu lil ‘l-Orizzont’ il-Ħamis fis-2.46 p.m., ħin kmieni biżżejjed biex ikunu nklużi fil-gazzetta ppubblikata dalgħodu.
Din kienet ir-risposta li ntbagħtet lil ‘l-Orizzont’ nhar il-Ħamis:
Id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi skont kif inhi l-prattika u r-regola fl-Amministrazzjoni Pubblika kollha, għandu obbligu li jagħti kuntratt lil dak l-offerent li jissottometti l-irħas offerta li tkun konformi mat-termini rikjesti fit-tender. It-termini jitfasslu skont il-ħtiġijiet tad-direttorat u jkunu konformi mal-liġijiet tal-pajjiż.
Il-kumpanija li ngħatat il-kuntratt intrabtet li tassigura l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-impjegati kollha fl-għoti ta’ dan is-servizz. Barra minn hekk, waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-kuntratt bejn id-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u l-Kuntrattur huwa li l-kuntratt jista’ jiġi tterminat u l-kumpanija tkun blacklisted jekk jirriżulta li tkun inkissret xi liġi, inkluża dik marbuta mal-impjiegi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol.
Id-Direttorat se jkun qed isegwi l-esekuzzjoni ta’ din it-tender biex jiġi assigurat li jitħarsu d-drittijiet kollha tal-ħaddiema tal-kuntrattur li jkunu qed jagħtu dan is-servizz.
Illum stess, il-Ministeru pprotesta kemm mal-editur kif ukoll mal-ġurnalist ta’ ‘l-Orizzont’ għal din il-gidba sfaċċata li turi wkoll nuqqas ta’ etika.
Il-Ministeru talab lill-ġurnal biex jikkoreġi l-impressjoni ħażina li ta lill-qarrejja tiegħu b’din l-akkuża falza.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003