IS-SINJURA MARGARET ABELA TIEĦU SEHEM FL-ATTIVITÀ TAL-QTUGĦ TAL-LARINĠ MILL-ĠNIEN TAĊ-ĊITRU F’SANT’ANTON
Is-Sinjura Margaret Abela kellha laqgħa mal-istudenti tal-kulleġġ Maria Reġina, tan-Naxxar u l-Kullegg ta’ Santa Margerita, Bormla waqt attività li saret fil-ġnien taċ-ċitru fil-Palazz ta’ Sant’Anton.
Il-ġnien taċ-ċitru fil-Palazz ta’ Sant’Anton jikkonsisti f’madwar 600 mitt sigra u llum ġiet organizzata attività bi preparazzjoni tal-Festa taċ-Ċitru li ssir fil-Palazz ta’ Sant’Anton. L-istudenti taż-żewġ kulleġġi kellhom l-opportunità li jgħinu fil-qtugħ tal-larinġ li beda llum fil-ġnien taċ-ċitru. Ingħataw spjegazzjoni dwar il-proċess u wara xorbu tazza larinġ magħsur.
Is-Sinjura Abela spjegat li l-Festa taċ-Ċitru daħlet fil-kalendarju tal-attivitajiet tal-Malta Community Chest Fund fejn il-larinġ, il-mandolin, lumi u l-larinġ tal-bakkaljaw jinqata’ kollu u jinbiegħ fl-attività li ssir fl-aħħar Ħadd ta’ Jannar. Din is-sena l-attività se ssir fit-30 ta’ Jannar bejn l-għaxra ta’ filgħodu u l-erbgħa ta’ wara nofsinhar. Il-pubbliku li jattendi jkun jista’ jixtri l-larinġ u wkoll jkun jista’ jdur mal-ġonna privati kif ukoll il-ġnien taċ-ċitru li se jinfetħu għall-okkażjoni. Il-kċina tal-Palazz ta’ Sant’Anton se tipprepara ikel magħmul mill-larinġ bħal ross bit-tiġieġ u larinġ, soppa tal-qargħa ħamra bil-larinġ kif wkoll muffins bil-larinġ u l-lumi. Se jkun hemm stands li jbiegħu kejkijiet tal-larinġ u l-lumi u wkoll vażetti tal-marmalades. Id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa se jkun wkoll preżenti waqt l-attività permezz ta’ nutritionists li jagħtu informazzjoni dwar l-importanza tal-vitamini li fih iċ-ċitru. Matul il-ġurnata se jkun hemm diversi attivitajiet għat-tfal fil-ġonna kif ukoll varjetà fuq il-palk prinċipali.
Il-qliegħ mill-attività se jmur b’risq id-Dar tal-Providenza.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003