Left arrow Go Back

IS-SINJURA MARGARET ABELA TIEĦU SEHEM FL-ATTIVITÀ TAL-QTUGĦ TAL-LARINĠ MILL-ĠNIEN TAĊ-ĊITRU F’SANT’ANTON

pr0114
Date Icon 21/01/2011

Is-Sinjura Margaret Abela kellha laqgħa mal-istudenti tal-kulleġġ Maria Reġina, tan-Naxxar u l-Kullegg ta’ Santa Margerita, Bormla waqt attività li saret fil-ġnien taċ-ċitru fil-Palazz ta’ Sant’Anton.

Il-ġnien taċ-ċitru fil-Palazz ta’ Sant’Anton jikkonsisti f’madwar 600 mitt sigra u llum ġiet organizzata attività bi preparazzjoni tal-Festa taċ-Ċitru li ssir fil-Palazz ta’ Sant’Anton. L-istudenti taż-żewġ kulleġġi kellhom l-opportunità li jgħinu fil-qtugħ tal-larinġ li beda llum fil-ġnien taċ-ċitru. Ingħataw spjegazzjoni dwar il-proċess u wara xorbu tazza larinġ magħsur.

Is-Sinjura Abela spjegat li l-Festa taċ-Ċitru daħlet fil-kalendarju tal-attivitajiet tal-Malta Community Chest Fund fejn il-larinġ, il-mandolin, lumi u l-larinġ tal-bakkaljaw jinqata’ kollu u jinbiegħ fl-attività li ssir fl-aħħar Ħadd ta’ Jannar. Din is-sena l-attività se ssir fit-30 ta’ Jannar bejn l-għaxra ta’ filgħodu u l-erbgħa ta’ wara nofsinhar. Il-pubbliku li jattendi jkun jista’ jixtri l-larinġ u wkoll jkun jista’ jdur mal-ġonna privati kif ukoll il-ġnien taċ-ċitru li se jinfetħu għall-okkażjoni. Il-kċina tal-Palazz ta’ Sant’Anton se tipprepara ikel magħmul mill-larinġ bħal ross bit-tiġieġ u larinġ, soppa tal-qargħa ħamra bil-larinġ kif wkoll muffins  bil-larinġ u l-lumi. Se jkun hemm stands li jbiegħu kejkijiet tal-larinġ u l-lumi u wkoll vażetti tal-marmalades.  Id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa se jkun wkoll preżenti waqt l-attività permezz ta’ nutritionists li jagħtu informazzjoni dwar l-importanza tal-vitamini li fih iċ-ċitru. Matul il-ġurnata se jkun hemm diversi attivitajiet għat-tfal fil-ġonna kif ukoll varjetà fuq il-palk prinċipali.

Il-qliegħ mill-attività se jmur b’risq id-Dar tal-Providenza.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow