LAQGĦA GĦALL-ĠENITURI DWAR L-ASSESSJAR FI TMIEM IL-PRIMARJA
pr0111
21/01/2011
Ġenituri li għandhom ’l uliedhom jattendu fi skejjel tal-Knisja jew Indipendenti u jixtiequ aktar tagħrif u informazzjoni dwar il-metodu ġdid ta’ assessjar li se jsir lil studenti fl-aħħar sena tal-primarja, jistgħu jattendu għal laqgħa li se ssir nhar is-Sibt, 29 ta’ Jannar, bejn id-9.30 a.m. u l-11.30 a.m., fl-Istitut Kattoliku, l-Furjana. Ġenituri li uliedhom jattendu fi skejjel oħra wkoll jistgħu jattendu għal din il-laqgħa.
Id-Direttur Ġenerali tal-Edukazzjoni, Prof. Grace Grima se tagħti spjega ta’ kif se jsir dan l-assessjar, ir-raġunijiet għalih u kif l-istudenti se jibbenefikaw minn dan il-metodu l-ġdid u tkun tista’ twieġeb ukoll għad-diffikultajiet tal-ġenituri.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003