Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAT-TURIŻMU, L-AMBJENT U L-KULTURA

pr0107
Date Icon 20/01/2011

Il-Gvern jirreferi għad-deċiżjoni mogħtija llum fir-rikors numru 5/2006 tal-Kunsill Lokali Marsaskala.

Il-Gvern jinnota li l-Qorti indikat li l-każ għandu jinstema quddiem il-Planning and Review Tribunal.  Il-Gvern ifakkar li bit-tibdil fil-liġi tal-MEPA,  dan il-każ se jkompli jinstema mill-Planning and Review Tribunal.

Il-Gvern jistqarr li l-Gvern mexa mal-provvedimenti tal-liġi li kienu jispeċifikaw li tali appelli kellhom jinstemgħu mill-Planning Appeals Board, li ukoll kien ġie appuntat skond kif kienet tgħid il-liġi.  Għaldaqstant il-Gvern mexa mal-provvedimenti legali.

Il-Gvern ifakkar li s-sentenza mogħtija dalgħodu mhijiex waħda fuq il-mertu tal-applikazzjoni nfisha, imma tirrigwarda l-proċedura adottata u jekk il-Bord tal-Appell kif kostitwit bil-liġi setgħax jisma’ dan il-każ.

Fl-aħħarnett il-Gvern jirriafferma li, kif dikjarat f’numru ta’ okkażjonijiet, fil-proċess kollu ghall-permess tal-immodernizzar tal-impjant għar- riċiklaġġ ta’ Sant’Antnin, il-Gvern osserva r-regoli Ewropej u Nazzjonali.  Dan kien ikkonfermat b’deċiżjonijiet separati tal-Kummissjoni Ewropea kif ukoll tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew.  Effettivament is-sentenza tal-Qorti ta’ llum ma tpoġġix dan fid-dubju.

Il-Gvern f’dan l-istadju qed jieħu l-pariri legali jekk għandux isir appell minn din is-sentenza.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow