Left arrow Go Back

STQARRIJA MINISTERJALI MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, L-ERBGĦA 19 TA’ JANNAR 2011

pr0102
Date Icon 19/01/2011

Mr Speaker,

Matul is-snin saru diversi bidliet u aggornamenti fl-honoraria tal-Membri ta' dan il-Parlament.

Wahda mill-bidliet ewlenin li saret matul il-Legislatura li ghaddiet kienet dik li ppermettiet li l-Membri Parlamentari li jkunu impjegati fis-servizz pubbliku (bhala civil servants) ikunu jistghu jibqghu jahdmu fis-servizz u b’hekk jircievu kemm il-paga ta' impjegati tal-Gvern kif ukoll l-honoraria taghhom ta' Membri Parlamentari.  Dan ghaliex sa dak in-nhar, haddiem tac-civil li kien jigi elett fil Parlament kellu x-xoghol tieghu mal Gvern sospiz u kien jieqaf jiehu l-paga mid-data ta’ meta jkun elett sakemm jispicca minn membru parlamentari. B’decizjoni tal-Kabinett mehuda fit-13 ta’ Lulju 2004 din-l-ingustizzja giet rettifikata u minn dak in-nhar il-quddiem kull haddiem tal-gvern li gie elett f’dan il-Parlament zamm l-impieg u beda jircevi l-paga flimkien mal-Hnorarju tal-Parlament. 

Ma hemm ebda dubju li din kienet mizura gusta li biha l-Membri Parlamentari impjegati tal-Gvern bdew jigu trattati bhal dawk li huma impjegati fis-settur privat jew jahdmu ghal rashom.  B’dan il-mod impjegati mal-Gvern fuq in-naha ta’ din il-Kamra u fuq in-naha tal-oppozizzjoni baqghu fl-impjieg taghhom mal-Gvern u jircievu l-paga u jiehdu wkoll l-Honorarja tal-Parlament.

Wara l-elezzjoni ta' Marzu 2008, il-Gvern deherlu li ma kien hemm ebda raguni ghaliex dan l-istess pass ma kellux japplika wkoll ghall-Ministri u s-Segretarji Parlamentari gjaladarba dawn ukoll huma impjegati tal-Gvern.  F’dan il-kuntest irrid nissottolinea il-punt li mal-hatra taghhom, il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari ikollhom jitilfu kull impjieg iehor u ma jistghux jezercitaw il-professjoni taghhom, b’dak kollu li dan jimplika.  Tajjeb ukoll li wiehed izomm f’mohhu li l-prassi f’pajjizi ohra li l-Ministri li jkunu membri parlamentari jircievu l-honoraria tal-Parlament.

Ghalhekk fil-Kabinett tal-14 ta' April 2008 saret diskussjoni dwar dan il-pass, dwar aggustamenti fil-pakett tal-Ministri kif ukoll diskussjoni dwar zjieda fl-honoraria tal-Membri Parlamentari anke in vista tal-impenji godda li l-Membri Parlamentari, inkluz il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari, qed ikollhom wara s-shubija ta’ pajjizna fl-Unjoni Ewropea.  L-ezitu ta' din id-diskussjoni kien migbur f’dokument immarkat Annex 1 li gie diskuss u approvat waqt il-Kabinett tal-5 ta' Mejju 2008.  Qieghed inpoggi kopja ta' dan id-dokument u kopja ta' estratt mill-minuti tal-Kabinett datat 7 ta' Mejju 2008.

F'dak il-kuntest nixtieq nirrimarka li l-honoraria tal-Membri Parlamentari Maltin hija fost l-aktar baxxi fil-pajjiz tal-Unjoni Ewropea. Skont ricerka maghrufa bhala Reasearch Study 48 li sar minn The Tax Payers Alliance intitolat MP's Salaries:  Putting Parliamentary Pay in Context, fl-2008 l-honoraria tal-Membri Parlamentari Maltin kienet kwazi l-aktar wahda baxxa fost il-pajjizi tal-Unjoni Ewropea u tghaddi bi ftit biss dik fil-Litwanja u l-Bulgarija.   Inqieghed kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra.

Nixtieq inqieghed wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' intervista li kelli fuq is-Sunday Times li xxandret lejliet din il-laqgha tal-Kabinett (il-Hadd 4 ta' Mejju 2008) fejn jien kont ghidt li jidhirli li l-Ministri ghandhom jircievu l-honoraria;  fil-fatt kont ghidt “I believe that a Minister should receive the salary he or she gets today, but on top of that also receive the parliamentary honorarium, because the minister is not just carrying out his function as minister but is attending parliament as much as – if not more than other MPs.  I also believe it’s time for us to review the honorarium because, as I said, we need good parliamentarians that today must shoulder the responsibility of parliamentarians that are in the EU.”

Mr Speaker,

F'din il-Kamra ghandna membri, fuq iz-zewg nahat tal-Kamra, li qed iservu fix-xoghol tal-Gvern f'Awtortitajiet u Dipartmenti minn fejn qed jircievu paga u fl-istess hin jircievu honorarium tas-servizz taghhom bhal Membri ta' din il-Kamra.  Dan huwa gust u nifhem li l-Opposizzjoni ghadha taqbel ma’ dan, kif kienet qabel fil-legislatura l-ohra meta ttiehdet id-decizjoni.  Id-decizjoni tal-Kabinett ta’ April 2008 tfisser li dan il-principju gust u korrett li qbilna fuqu z-zewg nahat tal-Kamra, li japplika ghall-Membri Parlamentari li mhumiex Ministri jew Segretarji Parlamentari issa japplika wkoll ghall-Ministri u s-Segretarji Parlamentari.  Il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari m’humiex ahjar minn haddiehor, imma lanqas huma aghar.

Ha niehu ezempju rejali dwar ghaliex il-mizura li Ministri u Segretarji Parlamentari ma jibqghux jitilfu l-Honorarja tal-Parlament hija mizura gusta.

Ejja niehu l-ezempju ta’ tabib konsulent li minnhom ghandna tlieta fil-Parlament.  Paga ta’ konsulent illum hija sostanzjalment aktar minn paga ta’ Ministru.  Bhala Membru tal-Parlament, fil-bankijiet tal-Gvern jew ta’ l-Oppozizzoni, dawn it-tobba konsulenti jaqilghu l-paga ta’ konsulent, li hija aktar minn paga ta’ Ministru, u l-Honorarja ta’ Membru Parlamentari.  Jekk xi hadd minnhom isir Ministru, kif kienet is-sitwazzjoni qabel, dan it-tabib kien ikun mistenni li jiehu paga ta’ ministru li hija sostanzjalment anqas minn paga ta’ konsulent u jitlef ukoll l-Honorarja ta’ Membru Parlamentari.  Dan minn barra l-fatt li dan it-tabib Konsulent ma jkun jista’ jaghmel ebda xoghol privat meta jsir Ministru.

Ejja niehu l-ezempju ta’ deputat parlamentari li jahdem ma’ Bank lokali, jista’ jkun kemm Bank privat kif ukoll Bank li l-Gvern ghandu sehem fih.  Bhala Deputat Parlamentari, dan id-Deputat jkollu l-paga tax-xoghol tieghu mal-Bank, li tista’ tkun paga kemm anqas kif ukoll aktar minn ta’ Ministru, kif ukoll l-Honorarja ta’ Deputat.  Kif kienet is-sitwazzjoni qabel id-decizjoni li qed nirreferi ghaliha, dan id-Deputat jekk isir Ministru kien ikollu jitlef il-paga mill-Bank kif ukoll l-Honorarja ta’ Deputat.

Ejja niehu l-ezempju ta’ Deputat bi professjoni, avukat, tabib, perit.  Bhala Deputat, dan ikun jista’ jezercita l-professjoni tieghu b’mod liberu u l-qliegh tieghu mill-professjoni tizdied maghha l-Honorarja ta’ Membru Parlamentari.  Jekk dan id-Deputat isir Ministru jew Segretarju Parlamentari, kif kienet is-sitwazzjoni sa Marzu 2008, dan l-avukat jew tabib jew perit kien ikollu mhux biss jitlef il-qliegh tieghu mill-prattika tal-professjoni tieghu, u mhux biss jabbanduna l-professjoni tieghu bid-diffikultajiet kollha li din il-Kamra zgur tifhem, talli kien jitlef ukoll l-Honorarja ta’ Deputat.

Mr. Speaker

Dan ma kienx sew u nerfa’ r-responsabbilta shiha ta’ din id-decizzjoni.  Fl-2003, il-Kabinet ta’ dak iz-zmien kien irranga s-sitwazzjoni tad-Deputati li kienu jitilfu l-impjieg mal-Gvern u l-paga ta’ dan l-impjieg ghax isiru Deputati.  Id-decizzjoni li Deputat jista’ jkollu mpjieg mal-Gvern u ma jitlifx l-Honorarja tal-Parlament kienet decizzjoni  li kellha l-qbil ta’ kulhadd.  Jien naf fic-cert ghax id-diskussjonijiet fil-Welfare Committee ta’ din il-Kamra kont mexxejthom jien.  Jekk kien hemm qbil fuq din id-decizjoni seba’ snin ilu nsibha difficcli hafna nifhem kif jista’ jkun hawn min ma jaqbilx li din id-decizzjon ghandha tapplika wkoll ghall-Ministri u Segretarji Parlamentari.  Hija decizjoni mhux biss gusta imma necessarja.  Necessarja biex hadd ma jigi f’sitwazzjoni li biex iservi fl-Ezekuttiv ta’ pajjizna jispicca diskriminat fil-konfront ta’ Deputati ohra ta’ din il-Kamra.

Nixtieq naghmilha cara li d-decizjoni li Ministri u Segretarji Parlamentari ma jitilfux l-Honoraria ta’ Membri Parlamentari ma twassalx ghal zjieda fil-pensjoni tieghu u taghha.

Kif wiehed jista' jara f'pagni 2 u 3 tal-Annex 1 li ghadni kemm poggejt fuq il-Mejda tal-Kamra il-Kabinett approva wkoll il-pakketti tal-Whips, id-Deputat Speaker, ic-Chairpersons tal-Kumitati u l-Membri Parlamentari u nikkwota “to be proposed to the Opposition for discussion”.  Id-decizjoni tal-Kabinett kienet li dawn il-pakketti, inkluz l-honoraria, ikunu japplikaw mill-jum tal-hatra.  Dan huwa konfermat minn estratt u li poggejt fuq il-Mejda tal-Kamra.

Jiena infurmat li sa qabel ma l-Parlament waqaf ghas-sajf li ghadda kien hemm qbil mal-Opposizzjoni dwar il-pakkett tal-Membri Parlamentari hlief  ghall-allowance fuq il-posta, fejn l-Opposizzjoni kienet talbet li l-membri tal-Parlament jibqghu intitolati ghal 100 envelope u posta li tithallas mill-Parlament.  Nixtieq inzid li jiena nnifsi gejt mitlub, aktar minn darba, nkluz minn Membri tal-Opposizzjoni sabiex il-Gvern ifittex jibda jhallas il-pakkett il-gdid.

Issa l-Kap tal-Opposizzjoni qed jghid li mhux qed jaqbel.

Ghalhekk dal-ghodu laqqajt laqgha tal-Kabinett fejn iddiskutejna s-sitwazzjoni li qed tizviluppa u hadna din id-decizjoni.

1. Jiena, il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari li konna ircevejna l-honorarium bil-mod il-gdid ser nirrifondu id-differenza bejn l-honorarium kif kien sa qabel din il-bidla u dak approvat f'Mejju 2008. 

2. Peress li l-hsieb kien li l-pakket il-gdid kellu jkun diskuss mal-Opposizzjoni, u sa ftit ilu l-Opposizzjoni kienet qed tindika qbil u issa il-Kap tal-Opposizzjoni qed jindika mod iehor, il-Gvern iddecieda li l-pakkett ma jingiebx fis-sehh mid-data tal-hatra tal-Membri Parlamentari.

3. Il-Gvern sal-ahhar ta’ din il-gimgha se jressaq il-proposta tar-ristrutturar tal-Honorarja quddiem il-Kumitat tax-Xoghol tal-Kamra ghad-decizjoni taghha.  Il-Gvern se jezigi li sa l-ahhar ta’ dan ix-xahar il-Kumitat jasal ghal konkluzjoni.

Mr Speaker,

Nawgura li d-diskors taghna l-politici, f'din il-Kamra u barra minnha ikun wiehed matur u reponsabbli.  Irridu nkomplu nibnu u nizviluppaw is-servizz kbir li jinghata mill-membri ta' din il-Kamra.  Dak li nizirghu, anke bi kliemna, ser nahsdu.  Bi kliemna u b’ghemilna ghandna responsabbilita’ li nuru lill-poplu taghna li l-politika hi servizz u ghalhekk ma rridux li nkunu ahna stess – parlamentari – li nnaffru mill-politika nies li jistghu jaghtu kontribut qawwi.

Ahna lkoll flimkien, membri ta’ din il-Kamra rridu nahdmu ghal gid ta’ pajjizna minkejja xi differenzi li jkun hemm minn zmien ghal iehor.  Irridu nzommu quddiem ghajnejna li d-decizjoni ghaliex ahna qeghdin fil-politika hi biex il-poplu taghna jimxi ‘l quddiem billi f’pajjizna jinholoq aktar xoghol ghall-haddiema, naghtu aktar opportunitajiet edukattivi lit-tfal sa mic-ckunija, insostnu s-servizzi u l-beneficcji socjali biex nghinu l-aktar lil min ghandu bzonn jigi mwiezen, ninvestu fis-sahha tal-poplu taghna, parikolarment tal-anzjani u ninvestu fl-ambjent u fl-infrastruttura.

pr102a.pdf Annex 1.pdfpr102a.pdf Annex 1.pdf

pr102b.pdf Extract Cabinet Minutes.pdfpr102b.pdf Extract Cabinet Minutes.pdf

pr102c.pdf Taxpayers Alliance - MP Salaries - Putting parliamentary pay in context.pdfpr102c.pdf Taxpayers Alliance - MP Salaries - Putting parliamentary pay in context.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow