Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - Is-Sovrantendenza tal-Wirt Kulturali qed tistħarreġ il-kantina ta’ Casa Cassar

pr0099
Date Icon 19/01/2011

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru, bħala l-Ministeru responsabbli mill-kultura u l-antikitajiet, jirreferi għall-istqarrija tal-Partit Laburista li waslet għal konklużjonijiet żbaljati u li fiha talab li ssir “inkjesta immedjata dwar il-fdalijiet tal-għadam li qed jingħad li tneħħew minn dan il-post”, meta fil-fatt diġa hemm investigazzjoni għaddejja u li bdiet qabel is-sejħa tal-Partit Laburista.

Il-liġi Maltija tagħti l-awtorità u l-awtonomija kollha lis-Sovrantendenza tal-Wirt Kulturali li tordna kull forma t’azzjoni u stħarriġ li hemm bżonn biex tkun mgħassa u protetta kull sejba t’antikità li jista’ jkollha valur storiku.

Fil-każ tal-kantina ta’ Casa Cassar, dan qiegħed jiġri u s-Sovratendenza diġà ordnat li jsir dan l-istħarriġ:

a. Rapport dwar il-kundizzjoni preżenti tal-kantina;

b. Rapport dwar il-motivazzjoni għall-applikazzjoni tal-iżvilupp li għamlet il-Grand Harbour Regeneration Corporation; u

c. Evalwazzjoni arkeoloġika kif meħtieġa mil-liġi.

Dan l-istħarriġ irid jitlesta qabel is-Sovrantendenza tkun tista’ tifforma opinjoni dwar l-applikazzjoni għall-iżvilupp u li allura ma jistax ikun hemm deċiżjoni tal-MEPA dwarha qabel tali opinjoni tkun iffurmata.

Hu għalhekk iċċarat li indipendentement l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa qed isiru diġà b’mod awtonomu u skont kif titlob il-liġi u dan qabel l-istqarrija tal-Partit Laburista.

Intant hu meħtieġ ukoll ikunu ċċarati xi punti li ghalkemm huma diġà huma pubbliċi il-Partit Laburista irrepeta b’mod skorrett:

1. Ma sar ebda xogħol u m’hux propost li jsir ebda żvilupp ta’ ebda forma fil-kripta tal-Knisja tal-Vitorja.

2. La l-Gvern u lanqas xi waħda mill-entitajiet tiegħu ma wettaq xi xogħol, xi skavar jew xi forma t’intervent fil-kantina ta’ Casa Cassar. Il-Gvern ma qatta’ l-ebda blat, ma sab ebda għadam u ma ċaqlaq ebda fdalijiet minn xi post għal ieħor. Il-Grand Harbour Regeneration Corporation u l-periti tagħha kull m’għamlu s’issa hu li żaru Casa Cassar biex jieħdu l-qisien u għamlu r-riċerka li hemm bżonn issir bħala parti mill-applikazzjoni għall-permess tal-iżvilupp li għadha qed tiġi evalwata.

3. Il-fdalijiet li jirreferi għalihom il-Partit Laburista u li dehru f’ritratti ppubblikati minn Flimkien għall-Ambjent Aħjar jinsabu f’kaxxi tal-kartun ġodda fil-kantina ta’ Casa Cassar. Dawn kienu hemm meta l-GHRC l-ewwel darba li żaret il-post u għadhom hemm sakemm is-Sovrantendenza tal-Wirt Kulturali tordna mod ieħor.

Sakemm isir dan l-istħarriġ, l-applikazzjoni tal-GHRC tibqa’ pendenti quddiem il-MEPA u ma jsirux xogħolijiet. Jekk ix-xogħolijiet ikunu awtorizzati dan ikun seħħ wara li jsiru l-verifiki kollha skont il-liġi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow