Left arrow Mur Lura

ŻJARA FIL-KULLEĠĠ SAN NIKOLA BĦALA PARTI MILL-INIZJATTIVA “IL-MINISTRU FOSTKOM”

pr0096
Date Icon 18/01/2011

Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina, dalgħodu żaret id-disa’ skejjel li jiffurmaw parti mill-Kulleġġ San Nikola u ltaqgħet mat-tfal, l-għalliema u l-amministraturi ta’ dawn l-iskejjel.

Il-Prinċipal tal-Kulleġġ, is-Sur Anthony Sammut, akkumpanja lill-Ministru Cristina fiż-żjarat li għamlet fl-iskejjel tal-Baħrija, Ħad-Dingli, ir-Rabat, l-Imtarfa, l-Imġarr u Ħ’Attard.

Dan kien id-disa’ Kulleġġ li żaret il-Ministru Dolores Cristina fis-sensiela “Il-Ministru Fostkom”.  Iż-żjarat iservu biex il-Ministru tara b’għajnejha l-ambjent tal-iskejjel tal-istat, tiltaqa’ u tiddiskuti mal-għalliema u f’xi każi anke mal-ġenituri u tidħol fil-klassijiet, titkellem mat-tfal u ssegwi parti mil-lezzjonijiet jew attivitajiet li jkunu involuti fihom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow