QED JITĦEJJA RAPPORT DWAR IT-TMEXXIJA TAL-LIBRERIJI FL-ISKEJJEL
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja Dolores Cristina, ħatret grupp ta’ persuni, immexxi mill-kittieb Trevor Zahra, biex jagħtuha parir dwar ktieb li dan l-aħħar ma tħalliex fil-librerija ta’ xi skejjel sekondarji u biex jagħmlu suġġerimenti dwar it-tmexxija ta’ dawn il-libreriji u l-kotba li jkun hemm fihom. Fil-grupp hemm ukoll il-Kummissarju għat-Tfal, Helen D’Amato u Sandra Cortis, Service Manager tas-Psycho Social Services u responsabbli mis-servizz tal-guidance fl-iskejjel.
Il-grupp mistenni jagħti r-rapport tiegħu lill-Ministru sal-aħħar ta’ dan ix-xahar. Il-Ministeru jimpenja ruħu li jimxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet ta’ dan il-grupp.
Dak li kien qed jiġri fil-libreriji tal-Iskejjel Primarji u Sekondarji ma kinitx ċensura iżda klassifikazzjoni skont is-suġġett tal-ktieb u l-etajiet tal-istudenti.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003