IL-KOMPETITTIVITÀ EKONOMIKA U L-QAGĦDA FINANZJARJA FUQ L-AĠENDA TAL-EWWEL ECOFIN TAS-SENA
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech, ħalla Malta għal Brussell, fejn se jipparteċipa għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN) kif ukoll tal-Eurogroup. Tonio Fenech hu akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri u mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana.
Waqt il-laqgħat, se titkompla d-diskussjoni fuq il-qagħda ekonomika u finanzjarja fl-Ewropa, b’mod partikolari fid-dawl tal-instabbilità fil-qagħda finanzjarja ta’ numru ta’ pajjiżi li għadhom qed jirreġistraw defiċits ferm ogħla mir-rata ta’ mhux aktar minn 3% aċċettabbli mill-Patt ta’ Stabbilità u Tkabbir.
Se ssir diskussjoni wkoll fuq l-Att dwar is-Suq Komuni, b’mod partikolari dwar il-kompetittività tal-ekonomija Ewropea.
Il-Ministri se jiddiskutu l-introduzzjoni tal-ewro fl-Estonja, li ssieħbet fil-munita komuni fl-1 ta’ Jannar li għadda.
Barra minn hekk se ssir preżentazzjoni mill-Presidenza Ungeriża dwar il-pjan ta’ ħidma tagħha għal matul is-sitt xhur li ġejjin.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003