STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U L-INVESTIMENT
Ix-xogħol għall-ħaddiema jinħoloq bl-elettriku li niġġeneraw
L-investiment fil-provvista tal-elettriku huwa kruċjali biex pajjiżna jkun jista’ jibqa’ jikber ekonomikament, jattira aktar investiment u b’hekk ikompli joħloq aktar postijiet tax-xogħol għall-ħaddiema.
L-estensjoni tal-Power Station u l-interconnector ma’ Sqallija huma meħtieġa biex ikompli jinħoloq ix-xogħol, jitjieb l-ambjent f’pajjiżna u tingħalaq il-Power Station tal-Marsa.
L-għażla tal-estensjoni tal-Power Station hi €296 miljun orħos minn Bateman li fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi tal-Parlament irriżulta li hemm “kuntatti tajbin” bejn Bateman u bejn l-Oppożizzjoni Laburista. L-offerta magħżula iżżomm ir-rati baxxi u tista’ titħaddem bil-gass meta l-pajjiż ikollu l-infrastruttura meħtieġa.
Il-Gvern qiegħed jimplimenta strateġija fil-provvista tal-elettriku biex pajjiżna jnaqqas id-dipendenza fuq il-fuel:
• L-estensjoni tal-Power Station tista’ taqleb biex titħaddem bil-gsas u l-Gvern diġa qal li ladarba fil-pajjiż ikun hawn l-infrastruttura għal ħażna tal-gass, il-Power Station tkun tista’ titħaddem bil-gass
• Se jsir interconnector biex nibdew nimpurtaw l-enerġija minn barra
• Il-Gvern qed jagħti inċentivi lill-familji, lis-sidien ta’ negozji żgħar u medji, bdiewa u raħħala, lukandiera u fabbriki biex jinvestu f’tagħmir biex jiġġeneraw l-elettriku mix-xemx u r-riħ
• Mill-iskart fl-Impjant ta’ Sant’Antnin, din is-sena se jibda jiġi ġenerat l-elettriku
• Qed isiru wkoll studji dwar il-windfarms li l-oppożizzjoni wkoll kienet ħarġet kontra tagħhom biex il-pajjiż jiġġenera l-elettriku mir-riħ
L-gћażla tal-estensjoni tal-Power Station saret b’rispett sћiћ tal-konsiderazzjonijiet ambjentali. L-gћażla li saret kienet l-aqwa għażla ambjentali bl-inqas spejjeż possibbli, tant li l-emissjonijiet huma ibbażati fuq standards li gћandha l-Ġermanja, pajjiż magħruf għal kriterji stretti u skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea.
Aktar minn hekk, biex tkun assigurata t-trasparenza, il-pubbliku jista’ jara on line x’hin irid l-emissjonijiet li joћorġu u jikkonferma li dawn huma skont standards Ewropej.
Il-politika tal-Oppożizzjoni hija waћda irresponsabbli u tikkonferma li l-gwadann politiku jiġi qabel il-ћolqien tal-postijiet tax-xogћol, qabel l-ambjent u qabel l-interess nazzjonali.
Mhux veru li din is-sena reġgħu żdiedu l-kontijiet
Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment jiċħad li dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni dalgħodu li “l-kontijiet tad-dawl reġgħu għolew b’€14 miljun din is-sena”. It-tariffi tal-elettriku u l-ilma ilhom l-istess minn Jannar 2010 u ghalhekk dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni hi qlajja’ mill-bidu sal-aħħar.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003