Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U L-INVESTIMENT

pr0078
Date Icon 16/01/2011

Ix-xogħol għall-ħaddiema jinħoloq bl-elettriku li niġġeneraw

L-investiment fil-provvista tal-elettriku huwa kruċjali biex pajjiżna jkun jista’ jibqa’ jikber ekonomikament, jattira aktar investiment u b’hekk ikompli joħloq aktar postijiet tax-xogħol għall-ħaddiema.

L-estensjoni tal-Power Station u l-interconnector ma’ Sqallija huma meħtieġa biex ikompli jinħoloq ix-xogħol, jitjieb l-ambjent f’pajjiżna u tingħalaq il-Power Station tal-Marsa. 

L-għażla tal-estensjoni tal-Power Station hi €296 miljun orħos minn Bateman li fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi tal-Parlament irriżulta li hemm “kuntatti tajbin” bejn Bateman u bejn l-Oppożizzjoni Laburista.   L-offerta magħżula iżżomm ir-rati baxxi u tista’ titħaddem bil-gass meta l-pajjiż ikollu l-infrastruttura meħtieġa. 

Il-Gvern qiegħed jimplimenta strateġija fil-provvista tal-elettriku biex pajjiżna jnaqqas id-dipendenza fuq il-fuel:

• L-estensjoni tal-Power Station tista’ taqleb biex titħaddem bil-gsas u l-Gvern diġa qal li ladarba fil-pajjiż ikun hawn l-infrastruttura għal ħażna tal-gass, il-Power Station tkun tista’ titħaddem bil-gass

• Se jsir interconnector biex nibdew nimpurtaw l-enerġija minn barra

• Il-Gvern qed jagħti inċentivi lill-familji, lis-sidien ta’ negozji żgħar u medji, bdiewa u raħħala, lukandiera u fabbriki biex jinvestu f’tagħmir biex jiġġeneraw l-elettriku mix-xemx u r-riħ

• Mill-iskart fl-Impjant ta’ Sant’Antnin, din is-sena se jibda jiġi ġenerat l-elettriku

• Qed isiru wkoll studji dwar il-windfarms li l-oppożizzjoni wkoll kienet ħarġet kontra tagħhom biex il-pajjiż jiġġenera l-elettriku mir-riħ

L-gћażla tal-estensjoni tal-Power Station saret b’rispett sћiћ tal-konsiderazzjonijiet ambjentali. L-gћażla li saret kienet l-aqwa għażla ambjentali bl-inqas spejjeż possibbli, tant li l-emissjonijiet huma ibbażati fuq standards li gћandha l-Ġermanja, pajjiż magħruf għal kriterji stretti u skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea.

Aktar minn hekk, biex tkun assigurata t-trasparenza, il-pubbliku jista’ jara on line x’hin irid l-emissjonijiet li joћorġu u jikkonferma li dawn huma skont standards Ewropej.

Il-politika tal-Oppożizzjoni hija waћda irresponsabbli u tikkonferma li l-gwadann politiku jiġi qabel il-ћolqien tal-postijiet tax-xogћol, qabel l-ambjent u qabel l-interess nazzjonali.

Mhux veru li din is-sena reġgħu żdiedu l-kontijiet

Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment jiċħad li dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni dalgħodu li “l-kontijiet tad-dawl reġgħu għolew b’€14 miljun din is-sena”.   It-tariffi tal-elettriku u l-ilma ilhom l-istess minn  Jannar 2010 u ghalhekk dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni hi qlajja’ mill-bidu sal-aħħar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow