STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZJONI, XOGĦOL U L-FAMILJA
Il-Kap tal-Oppożizzjoni jrid li ż-żgħażagħ ta’ llum, meta jirtiraw, ikollhom pensjoni baxxa
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat ma jridx li ż-żgħażagħ ta’ llum ikollhom pensjoni tajba meta jirtiraw mill-impjieg tagħhom. Irid li jkollhom pensjoni baxxa. Dan mhux fl-interess taż-żgħażagħ.
L-Oppożizzjoni trid li l-pensjonijiet ikunu staġnati u ma jiżdiedux. Il-Kap tal-Oppożizzjoni jrid l-istaġnar u dan ifisser li jrid li meta ż-żgħażagħ jirtiraw ikollhom pensjoni li tkun 18% tal-medja tal-paga. Dan ma jkunx ta’ ġid u ma tkunx biżżejjed għall-pensjonanti ta’ għada.
5 snin ilu kien sar proċess wiesgħa ta’ konsultazzjoni u kienet ittieħdet id-deċiżjoni li l-pensjoni li jieħdu dawk li illum għandhom 48 sena jew anqas tiżdied meta jirtiraw, billi tiżdied il-kontribuzzjoni tas-sigurta’ soċjali. Fil-proċess ta’ konsultazzjoni kienu pparteċipaw il-unions tal-ħaddiema, l-għaqdiet ta’ min iħaddem, għaqdiet taż-żgħażagħ, nisa u anzjani. Saret ukoll diskussjoni fil-Parlament.
Filwaqt li sa llum il-paga li fuqha titħallas il-bolla biex tiġi kkalkula l-pensjoni hu sa massimu €17,175; għal dawk li twieldu wara l-1962 din se jiżdied sa €18,400 biex meta jirtiraw jieħdu pensjoni ogħla milli tingħata llum. Fuq id-differenza bejn l-ammont ta' qabel u l-ammont rivedut titħallas 10% li jfisser sa massimu ta’ €2.36 fil-ġimgħa; massimu ta’ €122.72 fis-sena li tmur għaż-żieda fil-pensjoni.
L-Oppożizzjoni ma tridx pensjoni tajba għal-pensjonanti ta’ għada. Mhix tfittex l-interessi taż-żgħażagħ.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003