Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZJONI, XOGĦOL U L-FAMILJA

pr0072
Date Icon 14/01/2011

Il-Kap tal-Oppożizzjoni jrid li ż-żgħażagħ ta’ llum, meta jirtiraw, ikollhom pensjoni baxxa

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat ma jridx li ż-żgħażagħ ta’ llum ikollhom pensjoni tajba meta jirtiraw mill-impjieg tagħhom.  Irid li jkollhom pensjoni baxxa.  Dan mhux fl-interess taż-żgħażagħ.

L-Oppożizzjoni trid li l-pensjonijiet ikunu staġnati u ma jiżdiedux.  Il-Kap tal-Oppożizzjoni jrid l-istaġnar u dan ifisser li jrid li meta ż-żgħażagħ jirtiraw ikollhom pensjoni li tkun 18% tal-medja tal-paga.  Dan ma jkunx ta’ ġid u ma tkunx biżżejjed għall-pensjonanti ta’ għada.

5 snin ilu kien sar proċess wiesgħa ta’ konsultazzjoni u kienet ittieħdet id-deċiżjoni li l-pensjoni li jieħdu dawk li illum għandhom 48 sena jew anqas tiżdied meta jirtiraw, billi tiżdied il-kontribuzzjoni tas-sigurta’ soċjali.  Fil-proċess ta’ konsultazzjoni kienu pparteċipaw il-unions tal-ħaddiema, l-għaqdiet ta’ min iħaddem, għaqdiet taż-żgħażagħ, nisa u anzjani.  Saret ukoll diskussjoni fil-Parlament. 

Filwaqt li sa llum il-paga li fuqha titħallas il-bolla biex tiġi kkalkula l-pensjoni hu sa massimu €17,175; għal dawk li twieldu wara l-1962 din se jiżdied sa €18,400 biex meta jirtiraw jieħdu pensjoni ogħla milli tingħata llum.   Fuq id-differenza bejn l-ammont ta' qabel u l-ammont rivedut titħallas 10% li jfisser sa massimu ta’ €2.36 fil-ġimgħa; massimu ta’ €122.72 fis-sena li tmur għaż-żieda fil-pensjoni.

L-Oppożizzjoni ma tridx pensjoni tajba għal-pensjonanti ta’ għada.  Mhix tfittex l-interessi taż-żgħażagħ.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow